KUNĊETTI ĠODDA WARA R-REGOLAMENTI TA' L-EIA
pr1317
11/09/2001
| Punti minn diskors li għamel il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta kienu mnedija regolamenti ġodda dwar Environment Impact Assessment | Il-Ministru għall-Amjent qal li kien ta' pjaċir għalih iħabbar dawn ir-regolamenti ġodda dwar Environment Impact Assessments (EIA) għaliex kien l-iskop tal-Gvern li qabel tittieħed deċiżżjoni dwar żvilupp il-poplu u kull min hu milqut minn dan l-iżvilupp ikun infurmat. Qal li dan hu pass ieħor fil-kunċett ta' "gvern miftuħ" li jfisser li l-poplu jinżamm kontinwament infurmat minn dak li jkun qed jiġri. Hu qal li l-ħtieġa ta' EIA ilha teżisti sa mill-1994. Il-proċeduri stabbiliti issa qed ikunu konfermati u msaħħa u qed jingħataw status legali. Hu qal li dawn ir-regolamenti jintroduċu fil-liġi ta' pajjiżna d-Direttiva 85/337/EEC ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-EIA kif emendata minn Direttiva 97/11/EC. Dawn id-direttivi jesiġu li jsir EIA qabel ma jingħata permess għal żvilupp pubbliku jew privat li jista' jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent. Anke kieku ma kienx għaliex l-Unjoni Ewropea tagħti priorita' assoluta li din id-Direttiva l-Gvern Malti xorta jħoss li din għandha tkun parti mil-liġijiet ta' pajjiżna għaliex hi mezz ieħor kif inħarsu l-ambjent sew jekk nissieħbu u sew jekk ma nissieħbux fl-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li dawn ir-regolamenti jistipulaw il-metodolġija ta' l-applikazzjoni ghal permess ta' l-izvilupp u jaghtu lista ta' kondizzjonijiet meta proposti għall-iżvilupp ma jintlaqgħux mill-ewwel. Dawn ir-regolamenti jindikaw lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent bħala l-awtoritajiet kompetenti. Ir-regolamenti jinkludu wkoll lista ta' żviluppi li jeħtieġu EIA, u jiddistingwu bejn dawk li jeħtieġu "EIA sħiħ" jiġifieri Environment Impact Assessment, u dawk li jeħtieġu "EIA limitat" jiġifieri Environment Planning Statement. Il-Ministru għall-Ambjent qal li barra minhekk dawn ir-Regolamenti jintroduċu numru ta' kunċetti ġodda għall-"proċeduri stabbiliti' ta' l-1994. Dawn jagħmlu minn kollox biex ikun hemm aktar konsultazzjoni proattiva mal-pubbliku billi jinvolvu l-Kunsilli Lokali u l-pubbliku in ġenerali fi stadju izjed kmieni tal-proċess, hekk il-pubbliku jingħata it-terms of reference ta' l-EIA u ma jkunx iffaċċjat bi kważi fait accompli. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li r-regolamenti jiddefenixxu aħjar ir-rwol ta' l-agenziji li jridu jimplimentawhom, jigifieri l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent. Hekk filwaqt li l-applikant jibqa' responsabbli għall-ikummissjonar ta' EIA lil konsulent indipendenti li jrid ikun approvat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent, dawn iż-żewġ entitajiet jaġixxu b'mod koordinat biex ifornu lill-applikant b'pariri, kif ukoll b'terms of reference ċari f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-EIA |
| Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent irid jiċċertifika r-rapport | ta' l-EIA Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ikompli jorganizza d-diskussjoni pubbliku li tkun qed issir ma' l-iżviluppi li jkollhom bżonn EIA Il-poteri ta' l-infurzar jibqgħu l-prerogattiva ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Il-Ministru għall-Ambjent qal li dawn ir-regolamenti jipprovdu wkoll biex ikun hemm reġistru ta' konsulenti approvati u biex ikun hemm Bord ta' Reġistrazzjoni li jrid jitwaqqaf flimkien bejn il-Ministru responsabbli mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-Ministru responsabbli mill-Ambjent. Hu qal li r-regolamenti jipprovdu wkoll għal frameworks ċari u stretti fejn jidħlu kummenti u suġġerimenti minn aġenziji pubbliċi dwar l-iżvilupp propost kif ukoll fejn tidħol il-komunikazzjoni ta' deċiżżjonijiet mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar lill-applikant. Hu qal li r-regolamenti jistipulaw ukoll li dipartimenti tal-Gvern għandhom jipprovdu għal ħlas raġjonevoli mill-applikant jekk dan ikun jeħtieġ informazzjoni li jkollhom dawn id-Dipartimenti u li tista' tkun relevanti biex ikun magħrbul aħjar l-impatt ambjentali tal-proposta. Dan iżda jeskludi informazzjoni ta' natura kunfidenzjali. Il-Ministru Francis Zammit Dimech fakkar ukoll li dawn ir-Regolamenti jintroduċu l-obbligu ta' l-iżviluppatur li jikkunsidra, jekk tkun il-ħtieġa, l-effett lil hinn mill-konfini ta' pajjiżna ta' l-iżvilupp li jkun se jwettaq. F'każ bħal dan hemm l-obbligu ta' konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi milquta mill-permess. Dan l-obbligu jista' jolqot żviluppi ewlenin bħal bini ta' power station. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-fatt li l-awtoritajiet kompetenti f' każ ta' EIA huma l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent juri biċ-ċar il-ħsieb tal-Gvern li jżewweġ l-iżvilupp ma' l-ambjent bl-iskop li l-iżvilupp ikun wieħed sostenibbli fejn mhux talli ma ssirx ħsara lill-ambjent iżda jkun ta' għajnuna biex inħarsuh |
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN