Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. EDDIE FENECH ADAMI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAZJONI TA’ L-EWWEL LAQGHA TAL-KUNSILL MALTI GHALL-IZVILUPP EKONOMIKU U SOCJALI – BERGA TA’ KASTILJA, BELT VALLETTA - 10 TA’ SETTEMBRU 2001

pr1314
Date Icon 10/09/2001
Huwa ta’ pjacir kbir ghalija u tal-Gvern tieghi li qed nindirizza l-ewwellaqgha tal-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali li ghadu kemm twaqqaf permezz ta’ Ligi li ghaddejna dan l-ahhar mill-Parlament.
Din is-sena tahbat it-tlettax-il sena mindu twaqqafil-Kunsill sabiex jippromwovi djalogu bejn l-imsiehba socjali. L-accen kien u ghadu fuq id-djalogu, djalogu socjali bejn l-imsiehba socjali jigifieri r-rapprezentanti tal-ghaqdiet ta’ min ihaddem, trade unions ul-Gvern. Illum l-kuncett qed jitwessa’ u qed jinkludi organizazzjonijiet ohra tal-pajjiz li flimkien huma maghrufa bhala socjeta’ civili.
Ix-xoghol siewi u l-entuzjazmu ta’ l-ewwel membrital-kunsill swew biex fi zmien sena sar qbil nazzjonali bejn l-imsiehba fuq il-politika li tirregola l-pagi sew ghal dawk imsiehba fi trade union, u ghal dawk li m’humiex, kif ukoll fuq aggornament tad-drittijiet u r-responsabilitajiet legali tas-siehba socjali lejn xulxin. L-ghan ta’ dan il-ftehim kien li fl-interess nazzjonali, l-operazzjonijiet produttivi tal-pajjiz jibqghu jahdmu f’livelli ta’ kompetitivita’ internazzjonali, u li kwalunkwe kwistjoni industrijali ghandha tkun solvuta b’lealta’ u bl-inqas dannu possibli.
Fil-fatt il-partijiet qablu dak in-nhar li ghandhomjiftehmu kif il-ligijiet tal-pajjiz li jaffettwaw ir-relazzjonijiet industrijali, u b’mod specjali:
L-Industrial Relations Act 1976

Il-Conditions of Employment (Regulations) Act 152, u

Is-Social Security Act 1987

kellhom jigu aggornati biex jassiguraw li kull ftehimmilhuq jigi rispettat mill-partijiet kollha.
Is-sena l-ohra li l-Kunsill ressaq rapport lill-Gverndwar dawk il-punti li fil-Kunsill sar qbil dwarhom, kif ukoll dwar dawk il-punti fejn ftehim ma ntlahaqx. F’dan ir-rigward il-Gvern tieghi behsiehbu johrog White Paper biex ifisser il-hsieb tal-Gvern fir-rigward tal-legislazzjoni fil-kamp tar-relazzjonijiet industrijali li qed nippjanaw.

Ma tul dawn is-snin il-Kunsill iddiskuta suggetti ta’ natura ekonomika u socjali, bhal ma huma is-settur terzjarju, ir-relazzjonijiet industrijali, ir-Retail Price Index, l-kontroll ta’ l-inflazzjoni, l-ekonomija mohbija, l-Welfare Gap, il-pensjonijiet, u l-Occupational Health and Safety. Dan l-ahhar sentejn fost is-suggetti nsibu ukoll il-Budget innifsu, kif ukoll numru t’abbozzi ta’ Ligijiet u White Papers li nkludew bhala suggett il-Privatizzazzjoni, il-politika industrijali, il-Business Promotion Act u li l-Gvern talab lill-Kunsill ghall-opinijonijiet tieghu fuqhom.

M’hemm l-ebda dubju li ghalkemm ma jistax ikun li jkun hemm qbil fuq kollox, il-Kunsill sewa sabiex johloq djalogu u bdil ta’ idejat, kif ukoll jesprimi l-opinjoni tieghu fuq il-policies tal-Gvern.

Ma jonqosx li matul dan iz-zmien ma ssirx kritika anke mill-istess imsiehba socjali ghar-rigward it-tmexxija tal-Kunsill. Xi uhud kienu irreferew ghall-Kunsill bhala biss ‘talking shop’ jew xi istituzzjoni li qeghda hemm bhala ‘rubber stamp’ tal-politika tal-Gvern. Meta taghrbel l-argumenti wara din il-kritika, issib li hafna drabi din kienet tirrifletti il-frustrazzjoni ta’ xi partijiet jew ohra mill-imsiehba socjali li jaraw li l-mekkanizzmu tad-djalogu f’xi stadju jew iehor ma jkunx daqshekk facli u mghaggel daqs kemm wiehed jixtieq.

Minn naha l-ohra, l-Gvern ma setghax jinjora it-talba ta’ hafna mill-membri tal-Kunsill sew mir-raprezentanti tal-korpi kostitwiti ta’ min ihaddem, kif ukoll mit-trade unions biex lill-Kunsill naghtuh qafas kif jixraq, jigi maghruf permess ta’ ligi, u jkun fuq basi aktar awtonoma u b’sahhitha milli kienet fil-passat. Bl-ghajnuna ta’ ufficjal gholi tal-ILO, espert fil-materja, saret konsultazzjoni wiesa sew mal-membri tal-Kunsill, kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet ohra, qabel ifformajna l-abbozz ta’ ligi, kif ukoll qabel ma gie ippublikat dan l-abbozz.

Il-punti principali li fuqhom twettaq l-abbozz ta’ ligi, u li kienu trasmessi f’ittra li l-Gvern baghat lill-Kunsill kienu li:

1. il-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali jitwaqqaf b’sahha ta’ ligi u jitpogga taht ir-responsabbilta tal-Prim Ministru;

2. il-Kunsill jibqa’ jkollu rwol konsultattiv;

3. il-Kunsill jigi ri-organizzat sabiex jinkludi fih vuci socjali;

4. il-Kunsill ikollu fuqu ufficjal gholi tas-settur pubbliku;

5. il-Kunsill ikollu Segretarjat tieghu u jopera fil-qafas ta’ regolamenti finanzjarji tal-Gvern.

Ta’ min isemmi li meta wasalna biex niddeciedu x’tip ta’ qafas ghandna naghzlu ghall-kunsill gdid, harisna lejn mudelli ta’ pajjizi ohra. Ridna illi dak li bnejna ma nzarmawhx. Ma ridnix illi noholqu zbilanc bejn is-sahha tal-gruppi kostitwiti. Ridna izda li nsahhu r-rapprezentanza tal-Gvern billi naghzlu l-ghola ufficjal tas-Servizz Pubbilku fil-kariga ta’ vici president tal-Kunsill.

Fir-rigward tas-Socjeta’ Civili, ghalkemm il-Kunsill jista’ jappunta lil min jidhirlu hu fuq din il-Kummissjoni, bil-ligi zgurajna li numru ta’ entitatijiet imwaqqfa mill-Gvern biex iharsu l-ugwaljanza tal-mara, lill-persuni b’disabilita’, liz-zaghzagh u l-konsumaturi, kif ukoll rapprezentanza mill-kunsilli lokali jkunu bi dritt fuq din il-Kummissjoni. Dawn l-entitajiet ghandhom ir-rizorsi u l-kapacita’ biex jaghtu kontribut u pariri siewja lill-Kunsill permess ta’ din il-Kummissjoni.

It-tfassil u l-implementazzjoni tal-politika ekonomika u socjali hija essenzjalment kwistjoni ta’ kif wiehed ghandu jikkontrolla l-bidla necessarja li ggib maghha il-globalizzazzjoni. Kull politiku irid jiffaccja l-problema ta’ kif jizgura bilanc bejn il-flessibilita’ li tirrikjedi l-industrija u l-attivitajiet ekonomici ohra fil-pajjiz, li jridu jibqghu izommu l-kompetittivita’ internazzjonali, u s-sigurta’ socjali li jitlob il-haddiem biex jipprotegi ruhu.

Xi whud ghadhom ma fehmux li l-programm ta’ ristrutturar li ghanda bzonn l-ekonomija Maltija biex tiffaccja l-globalizzazzjoni huwa l-istess programm li l-Gvern qed jimxi fuqu, fit-triq li twassal lil Malta biex tkun membru ta’ l-Unjoni Ewropea. Jekk Malta taghzel biex ma tibqax timxi fit-triq ghall-Ewropa, il-programm ta’ ristrutturar essenzjalment jibqa’ l-istess.

Il-bidliet li qed naccenna ghalihom, u li ma ssibx pajjiz fid-dinja li mhux qed jiffacjahom b’mod jew iehor, huma tlieta:

1. bidla minn swieq monopolistici ghall-swieq miftuhaghall-kompetizzjoni;
2. Il-bidla minn swieq protetti mill-kummerc barrani, b’tariffiu ostakli ohra, ghal swieq inqas protetti;
3. It-trasferiment ta’ l-attivita’ ekonomikamis-settur pubbliku ghas-settur privat.

Il-Gvern tieghi ilu tal-fehma li dawn il-bidliet ghandhom isiru bil-mod, bil-galbu u bis-serjeta’, izda jridu jsiru.

L-uniku mod biex Malta tibqa’ kompetittiva u tgholli l-livell ta’ l-ghixien taghha huwa billi tiffacja dawn il-bidliet. Nafu li kull bidla ggib maghha xi taqlib, u kultant xi ugiegh. Izda m’ghandniex nibzghu ghaliex b’hekk biss tista’ l-ekonomija tissahhah.

Jiena perswaz li intom bhala l-imsiehba socjali dan thossuh. Hija r-responsabilita’ taghna lkoll li din il-bidla niffaccjawha, u nissuggerixxu modi ta’ kif din tista’ twegga l-inqas, billi kull parti ggorr il-pis misthoqq. Hekk ukoll ghandu jsir fit-tqassim tal-gid nazzjonali. Ghandu jigi diskuss kif dan ghandu jsir bl-iktar mod ekwu.

Il-Gvern jixtieq jara lill-Kunsill jizviluppa b’certu awtonomija, permezz ta’ rizorsi adekwati ghall-bzonnijiet tieghu, sabiex jaghmel ir-ricerki li jidirlhu ghandhom isiru biex il-pariri tieghu lill-Gvern ikunu serji u fattibli. Meta l-impatti tal-programmi ekonomici u socjali tal-Gvern ikunu studjati bir-reqqa u bil-ghaqal mill-imsiehba socjali, l-konsensus ikun jista’ jintlahaq iktar malajr.

Jiena inwieghed l-ghajnuna tieghi kollha sabiex l-informazzjoni u l-istatistika necessarja biex twassal il-Kunsill jibni opinjoni studjata tinghata mill-Ministeri koncernati, fi zmien ragonevoli.

Fir-rigward tad-djalogu socjali li l-Gvern jixtieq li jkollu ma’ l-imsiehba socjali tradizzjonali, kif ukoll mas-socjeta’ civili, wiehed ghandu dejjem ifittex li jkun hemm bilanc. Il-kapitalizmu sfrenat fl-assenza tas-sigurta’ socjali ggib mieghu incertezza fil-haddiema u tbatija kbira ghal min hu fil-bzonn. Minn naha l-ohra, il-welfare state hekk kif kien ipprattikat fil-pajjizi komunisti fil-passat, qatel kull inizjattiva ghall-produttivita’ ekonomika. Hekk ukoll ghad-djalogu socjali. Minghajr djalogu kontinwu mal-elettorat u l-organizzazzjoni li jirrapprezentawhom, il-pajjiz ma jkollux l-ghaqda mehtiega biex jimxi l-quddiem. Minn naha l-ohra id-djalogu socjali ma jistax ikun tali li ma jhallix il-Gvern jiddeciedi u jmexxi wara li dan ikun ghamel il-konsultazzjoni necessarji. Huwa ghalhekk li wiehed irid ifittex bilanc, li fil-prattika mhux dejjem facli li ssibu. Fuq kollox wiehed ghandu jenfasizza l-kwalita’ tad-djalogu socjali, iktar mill-kwantita’.

Punt iehor li nixtieq nitkellem fuqu, jirrigwarda l-kunfidenzjalita. M’hemm l-ebda dubju illi l-opinjonijiet li jinghataw mill-Kunsill ghandhom ikunu pubblici. Is-socjeta’ Maltija tibda tidra’ li barra l-opinjoni tal-Gvern u l-Oppozizzjoni fuq issues ekonomici u socjali, hemm opinjoni ohra: dik li tkun intlahqet permezz ta’ djalogu u konsensus bejn l-imsiehba socjali. Pero’ nifhmu wkoll li sabiex jirnexxu dawk in-negozjati bejn l-imsiehba, jkunu jridu jsiru ricerki u bdil ta’ informazzjoni li kultant tkun kunfidenzjali ghal dak l-istadju tan-negozjati. Mhuwiex sew u l-anqas korrett li jinhargu dokumenti fil-medja, jekk mhux bi ftehim bejn il-partijiet kollha. Meta jigri hekk, jisfrattaw in-negozjati u tintilef il-fiducja tal-imsiehba f’xulxin. Sfortunatament dan gara dan l-ahhar bhal fil-kas tal-Welfare Reform Committee. Nawgura li ghal quddiem dan ma jsirx ghaliex ma jaghmel gid lil hadd.

Il-principji li fuqhom hija mibnija s-socjeta civili huma dawk tas-sussidjarjeta’, responsabilta’, u solidarjeta’.

Is-sussidjarjeta’ tfisser li l-awtoritijiet m’ghandhomx jindahlu f’livelli aktar l-isfel jekk l-individwu jista’ jfendi tajjeb ghal rasu jew ma’ ohrajn. Dan il-principju jassumi illi dawn in-nies jerfghu ir-responsabilita’. Huwa biss meta n-nies jiehdu r-rwol taghhom fis-socjeta’, jista’ wiehed jghid li l-principju tas-sussidjarjeta’ jahdem. Is-socjeta’ civili hija bbazata fuq l-idea li l-individwi jistghu jezercitaw id-drittijiet taghom. Izda dawn id-drittijiet ghandhom ukoll jigu akkumpanjati minn obligazzjonijiet fl-interess komuni tas-socjeta’. Is-solidarjeta’ titlob li wiehed ikun lest li jillimita l-interessi tieghu u jerfa’ r-responsabiltajiet u l-obbligazzjonijiet necessarji ghall-interess komuni.

Zewg oqsma fejn il-gvern mal-imsiehba socjali l-ohra u s-socjeta’ civili jistghu jaghtu kontribut ghal gid ta’ kullhadd huwa fir-riforma tas-sahha (health care system) u r-riforma tal-pensjonijiet. L-isfidi li ghandu l-pajjiz quddiemu f’dawn l-oqsma mhumiex zghar. Jiena nawgura li dan il-Kunsill jgharbel dawn l-isfidi u jasal ghal soluzzjonijiet li ghalkemm forsi ma jkunux ideali izda jkunu fattibli u sostenibli.

U b’dan l-awgurju nixtieq naghlaq dan l-intervent tieghi f’din l-ewwel laqgha tal-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow