INDIRIZZ MILL-ONOR. DR. MICHAEL REFALO, MINISTRU GHAT-TURIZMU, FL-OKKAZJONI TA' JUM IL-BIRGU - IL-GIMGHA 7 TA' SETTEMBRU, 2001 - IL-BIRGU
Ghaziz Sindku,
Tassew onorat u kburi bl-istedina li l-Kunsill tieghek u inti ghamiltu lili, bniedem gej min-naha l-ohra ta' Malta. Stedina biex propju f'Jum il-Birgu, nigi hawn u naqsam maghkom hsibijiet u nfissrilkom xi tamiet tieghi.
Bi kburija u fl-istess hin b'umilta' kbira, f'dan il-misrah xhud ta' tant grajjiet li sawwru l-Birgu, li libbsu lill-istess Malta taghna bl-akbar dehen, nersaq quddiemkom biex infakkar f'imghoddi glorjuz, taghlim qatt minsi kull meta niffokaw il-miri taghna lejn gejjieni dejjem ahjar.
Iva, Sur Sindku, hbieb tieghi, stedintuni fil-misrah ewlieni ta' din il-belt hajja, li wliedha sa minn dejjem kienu ewlenin fl-oqsma socjali, kulturali u artistici ta' pajjizna. L-istess misrah moghni b'monument imtella' mill-Kavallieri, li jiccelebra r-Rebha ta' l-Assedju fl-1565; misrah li kesah waqt li Geswaldu nharaq ghal twemminu; u li sahan bil-ferh hekk kif il-Francizi tellghu f'nofsu l-Arblu tal-Helsien. Propju fl-10 ta' Awissu 1799, f'Jum San Lawrenz. L-istess patrun li x-xbiha tieghu thares lil din il-gemgha.
Ilqajt l-istedina taghkom b'hegga. Ridt li flimkien maghkom naghti sehmi fit-tfassil ta' gejjieni isbah ghall-komunita' tal-Birgu, gawhra tal-Kottonera, u ghal dan ta' l-ibliet girien. B'hekk inkun inrodd lura u npatti ftit ghal dak kollu li intom, missierijietkom, u l-antenati taghkom, sa mill-qedem, tul is-sekli, taw u qed taghtu lil Malta u lill-poplu Malti.
Nistqarr nghid, tassew b'misthija, li kien biss fl-1988 li riglejja rifsu wicc dan il-misrah. Gejt, dort u ssahhart b'ghegubijiet li kont biss qrajt dwarhom. Kien hajjarni l-E.T. il-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici, dak iz-zmien Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura.
Ried li l-Girbin, u l-komunitajiet l-ohra mrekkna fil-kenn tas-swar tal-Kottonera, igawdu wkoll mill-gid li tifrex u tqassam l-industrija tat-turizmu. Kien hu li laqqaghni ma' l-istorja mnaqqxa fil-gebla, mahzuna fil-memorja, u mizmuma hajja kull jum bl-ghemil tal-poplu tal-Birgu.
Ma ridtx wisq biex nikkonvinci ruhi. Mill-ewwel intbaht li skoprejt gawhra mill-isbah. Li l-bniedem nesiha u z-zmien halliha warajh. Gawhra li xirqilha ahjar, li ma kienetx sabet postha mal-gojjelli li jzejnu l-kullana li nitpaxxew inlibbsu lil Malta. Li niftahru biha mal-barranin, izda li wkoll ta' spiss tant nittraskuraw.
Kienet zjara li nebbhitni inheggeg, dak iz-zmien, lill-Organizzazzjoni tat-Turizmu tikkummissjona l-ewwel fuljett pubblicitarju biex jigbed lit-turist u jressqu lejn dawn in-nahiet. Fuljett li kont tajtu t-titlu ta' "The Cottonera: The roots of a nation". Li ghad-dahla tieghu kkontribwejt hsieb li jixhed il-qrara tieghi ta' ndiema:
"The visitor to Malta is impressed by the richness of things to see on the island. Many dash from place to place to make sure they see everything. It is therefore a mystery as to why the Cottonera, and especially Vittoriosa, is left out of most itineraries when it is endowed with some of the most important historical and cultural monuments in Malta."
Dak il-fuljett, illum mitbuh f'hames ilsna, kien biss l-ewwel pass. L-ewwel ghodda biex inhajru turizmu barrani jersaq lejn dawn l-ibliet. Warajh zewg fuljetti ohra, li jitqassmu f'Malta. Fuljetti li jiehduk mixja madwar il-Birgu u l-bqija tal-Kottonera, kif ukoll juruk l-gmiel, l-istorja u l-arkitettura tal-Forti ta' Sant'Anglu.
Maz-zmien tellajna l-Birgufest. Tellajna l-Boat Show. U mat-turisti ressaqna lejn dawn in-nahiet eluf kbar ta' Maltin, fosthom hafna li qatt qabel ma kienu gew f'dawn l-ibliet. Mit-telqa li kien thalla fih ghal ghexieren ta' snin, lill-bini tan-Naval Bakery tajnih ruh u missjoni. Sar, propju f'din il-belt tal-bahhara, il-Muzew li jigbor fih tifkiriet ta' l-istorja marittima ta' pajjizna. Muzew immexxi b'ghozza u b'dedikazzjoni, li jixhed l-istorja tal-bahhara tal-Kottonera u jirrakkonta l-grajjiet li ghaddew minnhom. Li jfakkar il-persunaggi li messew l-ewwel art kif minn xwieni, galeri, bcejjec tal-gwerra, u sahansitra dghajjes u frejgatini, nizlu fuq il-moll.
Iva Sur Sindku, sinjuri, gejt hawn biex infisser fehmti kif belt antika, b'imghoddi storiku nzewwguha mat-turizmu, l-akbar industrija taz-zminijiet ta' llum. Biex nizguraw kif, flimkien, lil din il-belt Rebbieha naghtuha rebha ohra. Biex il-poplu taghha jikseb is-sehem mill-gid li jixraqlu frott ta' industrija li minnha jiekol kulhadd.
Gejt biex ukoll naghti sehmi b'rizq il-process ta' tigdid. Process, li mill-1993 'l hawn, meta fdajnikom b'setghat ta' tmexxija, il-Girbin u l-maghzulin minnkom, tajtuh ritmu izjed mghaggel. Process, izda li jehtieg hsieb u ghaqal.
Li jehtieg ippjanar, ghozza u sens ta' storja, kif ukoll lilna li m'ahniex mill-post, sens ta' ndiema u ta' rimors. Biex inpattu ghall-imghoddi mgezwer fi kliem u ghal tamiet imweghda li ma sehhux. Biex inkomplu li nbeda f'dawn l-ahhar ghaxar snin. Li matulhom, il-Birgu, principalment, u l-ibliet l-ohra tal-Kottonera, fl-ahhar irnexxielhom isibu min mill-kliem ighaddi ghall-fatti u jaghti, lil din il-bejta tac-civilta' Maltija, in-nifs ta' hajja gdida.
Tafu aktar minni li f'din il-belt twettqu xoghlijiet kbar ta' restawr. Bhalma huma dawk li saru fl-Armerija, fil-Collachio, fil-Muzew Marittimu u, kif misthoqq, fl-ambjent kollu ta' dar il-Kunsill Lokali, f'Couvre Porte. Dalwaqt jibda r-restawr tal-Kunvent ta' Santa Scholastica, ta' Bieb Notre Dame, li flimkien max-xoghol li diga' tlesta f'Misrah San Filippu, fil-Pont u d-dahla tieghu, rega' zejjen lill-Birgu, belt antika, bi dwal u lwien godda. Sar dan ix-xoghol kollu u madankollu jibqa' hafna, hafna aktar xi jsir !
Qed ingeddu u nharsu mhux biss il-qoxra ta' barra, ghax belt bla nies qisha gisem bla ruh. Jehtieg nizguraw, u hekk qed naghmlu, li l-Girbin jibqghu jghozzu u jghixu f'belt twelidhom. Sewwa ghalhekk li l-Gvern qed isahhah l-infrastruttura kollha, is-sistemi tad-distribuzzjoni ta' l-ilma u l-energija, tat-telefon u tad-drenagg, xoghol li hadd ma jippretendi li ghandu jidhol ghalih il-Kunsill. Il-Kunsill izda, li tassew jisthoqqlu tifhir ghall-mod kif jahseb ghad-dehra u jindokra l-indafa tal-lokal. Ghall-inizjattivi li jiehu fil-qasam kulturali, dak storiku u anki turistiku.
Fi qribkom, izda wkoll biex jaqdi htigiet il-komunita' taghkom, il-gvern fetah id-Dar ghall-Komunita' u Day Centre ghall-anzjani tal-Kottonera. F'qasir zmien tgawdu Centru ghall-Familji li jipprovdi servizzi socjali, tahrig fil-qasam ta' l-impiegi ghar-residenti ta' l-inhawi. Ma' dawn ukoll Centru Sportiv u progett pilota dwar il-litterizmu.
Il-Gvern irid li n-nies tal-Birgu u ta' l-ibliet tal-Kottonera jgawdu mill-gid li jifrex it-turizmu.
Gid li tgawda minn komunitajiet f'bnadi ohrajn u, li bil-progett li issa beda, u ghad irid jitwettaq u jsehh ma' l-ixtut tal-portijiet tal-Kottonera, joffri liz-zghazagh taghkom jekk, huma wkoll, bhal huthom band'ohra, tassew iridu u lesti jahtfuhom, opportunitajiet sbieh fl-industrija tat-turizmu. Jiddispjacini nistqarr ghalhekk li ftit huma z-zghazagh mit-tlett ibliet li jithajru jitharrgu fl-Istitut ghall-Istudji fit-Turizmu u jhejju ruhhom ghall-karriera u futur sabih fl-akbar industrija ta' pajjizna.
Post fl-industrija moderna tat-turizmu marbut ma' snajja' antiki. Ahsbu, qumu qabel joghlew il-prezzijiet u jinhatfu l-opportunitajiet. Qabel ma jigi haddiehor minn barra l-Kottonera, sahansitra anke minn barra l-pajjiz. Fit-turizmu ma qaghadniex nistennew. Ilna li kkupjajna l-Ewropa, u minkejja li mill-bidu tad-disghinijiet, mexxejna b'politika ta' liberalizzazzjoni, ma sehh l-ebda dizastru, anzi bil-kontra, zdiedu l-impiegi u tkattar l-investiment.
Fil-qasam tat-turizmu ilna snin inhajru u nippermettu barranin jixtru u jmexxu lukandi, ristoranti u imprizi ohrajn. Politika li, ghax tajba u faqqset postijiet godda ta' xoghol, ma bidilha hadd. Nistaqsi ghaliex fil-Birgu qajla ssib post fejn tista' titrejjaq jew tiekol xi haga hafifa? Possibbli hadd ma jara l-potenzjal u jidhol ghal dawn l-opportunitajiet? Kellu jkun il-Kunsill, kellhom ikunu l-barranin minn Venezja, li jaslu jifthu ristoranti?
Fetah il-Casino'. Warajh jinbnew u jifthu izjed imprizi. Imprizi li maghhom ighixu negozji, snajja', professjonijiet, u kull xorta ta' hidma. Li jressqu lejn il-Birgu u lejn il-Kottonera turisti li ma jigux biss biex jammiraw u jitghaxxqu bl-imghoddi, izda wkoll biex igawdu l-prezent. Dinja gdida, sfidi godda li bhal kull haga ohra ghandhom il-perikli taghhom. Izda ghandhom ukoll hafna tajjeb u sabih. Zball ghalhekk li hawn fil-Birgu, fejn hawn tant bini antik, izda maghluq, li ma tkunux intom stess li tfittxu rokna u taghmluha taghkom. Zball li n-nies tal-Kottonera ma jidhlux ghal dak li jafu jaghmlu ahjar minn kull barrani.
Irridu li l-Birgu u l-ibliet l-ohra fil-Kottonera jzommu l-karatteristici u l-karattru veru taghhom. Ma rriduhomx isiru mera ta' portijiet barra minn pajjizna. Izda iva, irriduhom jaghrfu u jiksbu l-kapacita' jikkompetu u jhabbtuha ma' portijiet ohrajn fil-Mediterran. Bl-efficjenza, bi prodott tajjeb, bl-indafa, bi bzulija, bis-servizz.
Dan li qed nghid mhux kliem. Huma miri li biex niksbu jehtieg preparazzjoni serja. Tlestija kif qed thejji l-Awtorita' tat-Turizmu. Ghall-izvilupp tal-prodott. B'ricerka serja li tistharreg u tifli min izur il-Birgu u l-Kottonera, l-ghaliex u l-kif it-turist jigi l-Kottonera.
Qed tistharreg x'joghgob lit-turist u xi jdejjqu. X'jistenna, x'hemm bzonn, x'naqsu u x'tah l-aktar sodisfazzjon. Ricerka li nbdiet u li kixfet xejriet interessanti. Process mahsub biex jaghti post xieraq lill-Birgu u lill-Kottonera, l-ewwel fuq il-mappa tat-turizmu Maltija u wara f'dik tal-Mediterran.
Ricerka li tistharreg il-grajjiet storici. Dawk partikolari ghall-Birgu. Biex l-Awtorita' thejji ruhha sa minn issa ghall-Birgufest li jmiss. Biex flimkien mal-Girbin u mal-Kunsill taghhom izzejjen din il-belt mimlija storja bl-ilbiesi ta' l-imghoddi, ghat-taghlim u divertiment tal-generazzjonijiet ta' llum.
Immorru lura fl-istorja. Storja li propju din is-sena ccelebrawha Frans Ciappara u Joseph Muscat bix-xoghlijiet letterarji u storici taghhom dwar l-Inkwizizzjoni u l-hidma marittima tal-Kavallieri. L-istess Inkwizizzjoni, l-istess Kavallieri, li bhall-Isqof, kienu ghamlu darhom fil-Birgu. Tlett interessi, il-Gran Mastru u l-Kavallieri gellieda tieghu, l-Inkwizitur bis-setghat partikolari tieghu, u l-Isqof geluz mill-privileggi tieghu, li bosta drabi, flok jaqqdu l-missjoni taghhom kienu jintilfu f'piki dwar xinxilli u favuri.
Ma rridx nghid li dak li qed isehh bhalissa hawn fil-Birgu hu xi wirt gej mill-imghoddi, ghax konvint li kif ta' qabilkom sabu t-triq tal-ftehim, anke f'dawn iz-zminijiet, ikun hawn uhud fostkom li jfittxuha u jghaddu minnha.
Hu b'dan l-awgurju li jien nerga' nirringrazzjakom, insellmilkom u nawguralkom gejjieni ahjar li tassew jixirqilkom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN