STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD DWAR IL-FTEHIM DWAR L-ESPORTAZZJONI TAL-PATATA
B’riferenza ghall-istqarrija mahruga mis-Sur Peter Axisa f’isem l-Malta Potato Growers’ Export Co Ltd, dwar il-ftehim milhuq dan l-ahhar u li permezz tieghu kien estiz il-kuntratt dwar l-esportazzjoni ta’ patata lejn l-Olanda, il-Ministeru tal-Biedja u Sajd ippreciza dan li gej:
1. id-decizjoni li jkun estiz b’sentejn ohra l-kuntratt li sar tliet snin ilu ma’ Messrs. Daalimpex B.V. ittiehdet bl-approvazzjoni tal-Malta Export Agricultural Board fl-interess tal-bdiewa kollha li jipproducu l-patata. Bhala membri ta’ dan il-Bord hemm xi bdiewa wkoll;
2. il-Malta Export Agricultural Board hass li jkun ahjar li, ghall-beneficcju tal-bdiewa, jipprova jestendi l-kuntratt ezistenti milli jaghmel tender gdida, minhabba li kien hemm indikazzjonijiet li ma setax ikun hemm titjib fil-prezzijiet ghas-sentejn li gejjin. Barra minn hekk, id-Dipartiment tal-Biedja hu marbut ghas-sentejn li gejjin bi kwantità ta’ zerriegha tal-patata Alpha li trid tigi impurtata;
3. ghaldaqstant, id-Dipartiment, b’konsultazzjoni mal-Malta Export Agricultural Board innegozja kundizzjonijiet godda ta’ beneficcju ghall-produttur Malti, fosthom:
- garanzija ta’ over-price fuq il-prezz minimu garantit ezistenti sa massimu ta’ 150,000 Guilder Olandiz ghal total ta’ 6,000 tunnellata metrika ta’ patata;
- 50,000 Guilder Olandiz ghall-patata maghzula ta’ daqs 40-70 mm flok 35-60 mm;
- possibbilità ta’ esportazzjoni ta’ kwantitajiet ta’ patata tat-tip Alpha, Santè jew varjetajiet ohra li jigu esportati (minbarra l-Olanda) minn esportaturi prospettivi. Din hi koncessjoni li giet akkwistata ghall-ewwel darba ghall-beneficcju ta’ dawk il-bdiewa jew esportaturi li jridu jesportaw il-patata taghhom, fosthom il-Malta Potato Growers’ Export Co Ltd;
4. dwar l-ittra mibghuta mis-Sur Axisa lid-Dipartiment, inghatat twegiba kemm verbali, kif ukoll bil-kitba f’anqas minn tlett ijiem tax-xoghol;
5. kien il-Ministeru ta’ l-Agrikoltura li ghen lill-Malta Potato Growers’ Export Co Ltd bl-ghoti ta’ Lm2,500 biex ghall-ewwel darba tkun tista’ tesporta bi prova kunsinna patata tat-tip Alpha. Barra minn hekk, id-Dipartiment ipprovda lill-istess kumpannija, minghajr ebda hlas, il-facilitajiet ta’ grading u packing bl-istaff kollu mehtieg, kif ukoll l-ixkejjer tal-25 kilo bis-salib ta’ Malta u jumbo bags halli tkun tista’ ssir l-esportazzjoni;
6. Minkejja din l-ghajnuna finanzjarja u materjali r-rizultati miksuba, skond l-informazzjoni moghtija lill-Ministeru mis-Sur Axisa, huma ferm hziena u ’l boghod mill-prezz rekord ta’ aktar minn ta’ Lm14-il qantar ghall-varjetà Santè li thallsu lill-bdiewa f’dawn l-ahhar tliet snin, inkluzi dawk li l-patata taghom kienet esportata mill-kumpannija li s-Sur Axisa hu Chairman taghha;
7. s’issa, minkejja li ghaddew aktar minn tliet xhur mindu saret l-esportazzjoni, id-Dipartiment ghadu ma rcieva l-ebda centezmu minghand il-Malta Potato Growers’ Export Co Ltd ghall-patata esportata minnha u ghalhekk qed jistieden lis-Sur Axisa biex jippubblika r-rizultat fi flus tad-dhul nett lill-bdiewa miksub kif ukoll biex jghaddi l-pagamenti relattivi lid-Dipartiment tal-Biedja. Dan minflok hafna kliem li jizgwidaw lill-bdiewa. Fin-nuqqas ta’ dan, il-Ministeru jkun kostrett li jippubblika din l-informazzjoni biex il-bdiewa jkunu jistghu jiggudikaw u jaraw fuq liema pedamenti sodi jistghu jserrhu;
8. ghar-rigward ta’ possibbiltajiet ta’ suq ghall-patata ta’ qatgha bajda lejn ir-Renju Unit, dawn minn dejjem kienu possibbli tant li din is-sena stess kienu esportati diversi varjetajiet ta’ patata ta’ qatgha bajda minn esportaturi privati. Minn informazzjoni li ghandu d-Dipartiment, il-prezzijiet li gabet din il-patata kienu ferm oghla minn dawk miksuba mill-kumpannija li taghha s-Sur Axisa hu Chairman;
9. il-Ministeru jixtieq ifakkar lis-Sur Axisa li f’laqgha li saret fil-15 ta’ Gunju 2001, f’Ta’ Qali u li ghaliha kien prezenti, fost l-ohrajn, is-Sur Axisa, hareg bic-car li l-maggoranza tal-bdiewa prezenti kienu tal-fehma li l-esportazzjoni tal-patata tghaddi gradwalment f’idejn l-istess bdiewa, fi process li sakemm dan isehh il-Gvern jibqa’ regolatur u jiehu sehem fil-process ta’ l-esportazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN