Left arrow Mur Lura

AKTAR TISBIĦ B’RISQ IL-POPLU

pr1298
Date Icon 05/09/2001

F’diskors li l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech ghamel meta nieda t-tieni fazi tal-progett ta’ tisbih ta’ San Giljan, huwa qal li matul is-sena li għaddiet il-Ministeru għall-Ambjent kompla bil-proġetti ta’ tisbiħ. L-enfażi kienet fuq li jitlesta l-proġett ta’ tisbiħ f’Tas-Sliema u jibda’ l-proġett ta’ tisbiħ ta’ San Ġiljan.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech fakkar li l-proġetti ta’ tisbiħ qed jitwettqu biex jitgawdew mir-residenti tal-lokalitajiet fejn ikunu qegħdin isiru, mill-Maltin li jżuru l-inħawi u mit-turisti li jridu jingħataw impressjoni tajba ta’ pajjiżna, jekk irridu li jibqgħu jżuruna.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li fit-twettiq ta’ dawn il-proġetti l-Gvern qed jagħmel minn kollox biex jutilizza l-ħaddiema tiegħu mid-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija, mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi u mill-Uffiċċju Ċentrali tad-Distretti. Qal li ċertu xogħol isir bil-kuntrattur iżda l-enfażi qed tkun li jkunu utilizzati bl-aħjar mod ħaddiema mid-diversi dipartimenti fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet fil-Ministeru għall-Ambjent. Hu qal li minbarra li qed jitwettqu l-proġetti, il-Ministeru din is-sena ħaseb ukoll li jkun hemm unit għall-manutenzjoni, għaliex inkunu qed naħlu l-flus jekk inwettqu proġett u mbagħad inħalluh jitkisser għaliex ma ssirlux manutenzjoni.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li f’San Ġiljan kien ingħata bidu għal programm estensiv ta’ tisbiħ tal-promenade tal-lokal. Ix-xogħol li tlesta kien ikopri l-ewwel fażi fi Triq Ġorġ Borg Olivier, mill-waterpolo club ta’ San Ġiljan sa qabel ma ddur għal Pjazza Spinola. F’din il-fażi sar it-twessiegħ tal-bankina tan-naħa tal-baħar, kif ukoll bollards u pavimentar ġdid.

Aktar ’il quddiem, biex din il-fazi tkun tlestiet minn kollox, se jitwaħħlu fanali dekorattivi u jiġi nstallat street lighting adattat għat-triq kollha biex hekk il-lokalita’ tkun imdawwla ahjar. Fuq in-naħa tal-baħar saret rampa biex il-bajja tkun aċċessibbli għal persuni b’dizabilita’ kif ukoll minn familji b’pushchairs.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li f’dawn l-aħħar ġimgħat team ta’ periti u tekniċi nkarigati minn dan il-proġett qed iħejju biex minn Ottubru jitkompa x-xogħol fl-inħawi tal-pitch tal-club tal-waterpolo ta’ San Ġiljan, il-promenade tul Triq Ġorġ Borg Olivier, b’enfazi partikolari fuq it-twessiegħ tal-bankina dejqa li hemm fil-kantuniera. Hu qal li biex se jsir dan ix-xoghol il-Marine Unit fi ħdan id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni ħejjiet id-disinn u l-permessi ta’ żewġ rampi minflok dawk eżistenti fil-viċinanza tal-Qaliet u l-lukanda Cavalieri. Il-proġett jinkludi t-tisbiħ ta’ parti mil-bajja u l-breakwater. L-istess unit ipprepara disinji ta’ struttura taħt l-ilma biex tieħu t-twessiegħ tal-promenade bejn in-Neptunes u l-pitch tal-Balluta.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li t-tieni fażi tal-proġett ta’ San Ġiljan tikkonsisti mhux biss fit-tisbiħ tal-promenade bejn il-waterpolo club ta’ San Ġiljan u l-knisja tal-Karmnu iżda wkoll id-dawra li tinkludi Pjazza Spinola u t-tisbiħ ta’ Triq Wied Għomor. Qal li kien ukoll il-ħsieb li jinbeda xogħol f’Paceville u għalhekk f’din il-fażi se jsir it-tisbiħ tal-parti t’isfel ta’ Triq Wilġa ħdejn ir-roundabout kif ukoll ħdejn xatt il-baħar. Hu qal li din il-fażi tinkludi pavimentar ġdid, railings ġodda, fanali dekorattivi u dawl għat-triq, bankini ġodda u faċilitajiet ta’ parking fuq in-naħa residenzjali, sistemi ġodda ta’ drenaġġ u ilma fi Triq Ġorġ Borg Olivier, Public Convenience ġdida, culverts għall-ilma tax-xita, galleriji żgħar bil-bankijiet u funtani ta’ l-ilma għax-xorb

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow