ESPORTAZZJONI TA’ PATATA FL-2002 U FL-2003
pr1296
05/09/2001
| Il-kuntratt li kien sar fil-5 ta’ Mejju 1998 bejn id-Direttur | tal-Biedja u Messrs. Daalimpex B.V./Messrs. Hagé International B.V. ta’ l-Olanda, dwar l-esportazzjoni minn Malta tal-patata tar-rebbiegha fis-snin 1999, 2000 u 2001, gie estiz ghal sentejn ohra biex ikopri l-esportazzjoni tal-patata fis-snin 2002 u 2003. |
| Il-ftehim biex ikun estiz il-kuntratt intlahaq ftit | tal-jiem ilu wara negozjati estensivi li saru bejn ufficjali tal-Ministeru tal-Biedja u s-Sur Peter Blankendaal, f’isem l-importaturi Olandizi, Messrs. Daalimpex B.V. u Messrs. Hagé International B.V. |
| L-estensjoni tkopri l-esportazzjoni sa 6,000 | tunnellata metrika ta’ Alpha, Santé u varjetajiet ohra ta’ patata bl-istess prezzijiet minimi garantiti li kienu applikabbli ghas-snin 1999, 2000 u 2001. |
| Barra mill-prezzijiet minimi garantiti, | il-kuntratturi Olandizi ntrabtu li jhallsu prezz massimu garantit ta’ 150,000 Guilders Olandizi ghat-total ta’ 6,000 tunnellata metrika u hlas massimu iehor ta’ 50,000 Guilders Olandizi ghal patata ta’ daqs 40-70 mm. |
| Peress li l-Gvern ghandu l-hsieb li jilliberalizza l-esportazzjoni | tal-patata wara s-sena 2003, u biex l-esportaturi prospettivi jinghataw l-opportunità li jesportaw bi prova, il-kuntratturi Olandizi accettaw li tkun esportata minn esportaturi individwali, izda mhux ghall-Olanda, sa kwantità massima ta’ Alpha, Santé jew varjetajiet ohra ta’ patata. |
| Il-ftehim li permezz tieghu kien estiz il-kuntratt | kien iffirmat fil-Ministeru tal-Biedja u Sajd, mis-Sur Franco Serracino Inglott, Direttur Generali (Agrikoltura), u mis-Sur Peter Blankendaal, fil-presenza tal-Ministru tal-Biedja u Sajd, Ninu Zammit u ufficjali ohra mill-Ministeru. Kienu prezenti wkoll ic-Chairman u s-Segretarju ta’ l-Agriculture Export Marketing Board. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN