Left arrow Go Back

ESPORTAZZJONI TA’ PATATA FL-2002 U FL-2003

pr1296
Date Icon 05/09/2001
Il-kuntratt li kien sar fil-5 ta’ Mejju 1998 bejn id-Diretturtal-Biedja u Messrs. Daalimpex B.V./Messrs. Hagé International B.V. ta’ l-Olanda, dwar l-esportazzjoni minn Malta tal-patata tar-rebbiegha fis-snin 1999, 2000 u 2001, gie estiz ghal sentejn ohra biex ikopri l-esportazzjoni tal-patata fis-snin 2002 u 2003.
Il-ftehim biex ikun estiz il-kuntratt intlahaq ftittal-jiem ilu wara negozjati estensivi li saru bejn ufficjali tal-Ministeru tal-Biedja u s-Sur Peter Blankendaal, f’isem l-importaturi Olandizi, Messrs. Daalimpex B.V. u Messrs. Hagé International B.V.
L-estensjoni tkopri l-esportazzjoni sa 6,000tunnellata metrika ta’ Alpha, Santé u varjetajiet ohra ta’ patata bl-istess prezzijiet minimi garantiti li kienu applikabbli ghas-snin 1999, 2000 u 2001.
Barra mill-prezzijiet minimi garantiti,il-kuntratturi Olandizi ntrabtu li jhallsu prezz massimu garantit ta’ 150,000 Guilders Olandizi ghat-total ta’ 6,000 tunnellata metrika u hlas massimu iehor ta’ 50,000 Guilders Olandizi ghal patata ta’ daqs 40-70 mm.
Peress li l-Gvern ghandu l-hsieb li jilliberalizza l-esportazzjonital-patata wara s-sena 2003, u biex l-esportaturi prospettivi jinghataw l-opportunità li jesportaw bi prova, il-kuntratturi Olandizi accettaw li tkun esportata minn esportaturi individwali, izda mhux ghall-Olanda, sa kwantità massima ta’ Alpha, Santé jew varjetajiet ohra ta’ patata.
Il-ftehim li permezz tieghu kien estiz il-kuntrattkien iffirmat fil-Ministeru tal-Biedja u Sajd, mis-Sur Franco Serracino Inglott, Direttur Generali (Agrikoltura), u mis-Sur Peter Blankendaal, fil-presenza tal-Ministru tal-Biedja u Sajd, Ninu Zammit u ufficjali ohra mill-Ministeru. Kienu prezenti wkoll ic-Chairman u s-Segretarju ta’ l-Agriculture Export Marketing Board.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow