AZZJONI INDUSTRJALI FIL-WORKSHOP TAL-ĦADDIEDA FIL-MARSA
It-Taqsima Servizzi Pubbliċi tal-GWU il-lum, 5 ta’ Settembru, ordnat azzjoni industrjali ta’ lay down tools bejn id-9.00 u l-11.00 ta’ filgħodu, fil-workshop tal-ħaddieda, minħabba li għadu ma nbidilx is-saqaf ta’ l-istess workshop tal-ħaddieda.
Il-Ministeru għall-Ambjent ifakkar li kien laqa’ t-talba tal-ħaddiema fis-sezzjoni tal-ħaddieda fil-Marsa, biex jinbidel is-saqaf tal-workshop tagħhom. Id-disinji meħtieġa u dokumenti biex toħroġ it-tender biex is-saqaf jinbidel għal wieħed ta’ pre-stressed concrete kienu fi stat avvanzat biex jiġu ppublikati. Wara li saru xi ilmenti mill-ħaddiema fil-workshop tal-mastrudaxxi dwar ħsejjes żejda li rriżultaw mill-introduzzjoni tas-soqfa tal-konkos, saru testijiet biex ikun determinat jekk saqaf ġdid fil-workshop tal-ħaddieda kienx se joħloq l-istess inkonvenjent u periklu għal saħħet il-ħaddiema.
Ir-rapport ippreżentat mill-Malta University Services kien jindika li l-bdil tas-saqaf kien se jżid il-probabilità li l-ħsejjes f’dan il-workshop se jkunu f’livelli ogħla minn dawk rakkomandati biex ma ssirx ħsara lill-ħaddiema. Għalhekk id-disinji ġew riveduti u l-proġett ġie estiż biex jinkorpora ukoll il-parti tal-maħżen prinċipali f’dan l-istess kumpless
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN