Left arrow Mur Lura

TWAQQIF TA’ DEPOT GHALL- IPPROCESSAR TAT-TADAM

pr1294
Date Icon 05/09/2001
It-twaqqif ta’ depot fil-Pitkalija f’Ta’ Qali ghall-gbir ta’tadam ghall-ipprocessar hu parti mill-pedament biex titwaqqaf Producers Organisation specifika ghall-bdiewa li jkabbru dan il-prodott. Dan id-depot se jservi biex, b’kooperazzjoni shiha bejn il-bdiewa u l-processuri, il-process kollu tat-tkabbir tat-tadam ikun ikkontrollat u ppjanat mill-bidu sat-tmiem, u cioé, mill-ghazla taz-zerriegha tal-varjetà sa l-ipprocessar finali ta’ l-istess tadam. Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd Ninu Zammit waqt zjara fid-depot il-gdid ghall-ipprocessar tat-tadam li twaqqaf f’Ta’Qali. Hu qal li dan il-pass ghandu jservi ta’ ezempju haj fl-ippjanar ghat-twaqqif ta’ Producers Organisations specifici minn bdiewa li jkabbru prodotti agrikoli ohra.
Il-Ministru Zammit spjega li dan id-depot hufrott ta’ diversi laqghat li l-Kooperattiva Centrali kellha mal-Ministeru tal-Biedja bl-iskop li l-operat ta’ dan is-settur ikun organizzat fuq linji izjed efficjenti u izjed produttivi. Hu irrefera ghall-fatt li l-bdiewa koncernati anki gew iffinanzjati biex izuru depot ta’ l-ipprocessar fil-Portugall fejn kellhom ic-cans jaraw kif jahdmu organizzazzjonijiet simili.
Fost l-ohrajn, it-thejjijiet ghat-twaqqif ta’ danid-depot kienu jinkludu wkoll tahdidiet u ftiehem ma’ wiehed mill-processuri lokali, Magro Bros. B’hekk seta’ jintlahaq ftehim fuq il-prezz, fuq il-varjetà kif ukoll fuq il-kwalità, tat-tadam li hu mehtieg ghall-ipprocessar
Barra minhekk, dan il-progett sar bl-ghajnunatal-Ministru tal-Biedja billi kienu allokati art u mahzen ghal dan il-ghan filwaqt li l-Kooperattiva Centrali nghatat il-finanzi kollha mehtiega ghall-modifikazzjonijiet u l-irrangar kollu mehtieg biex dan id-depot ikun jista’ jwettaq il-funzjoni tieghu b’mod efficjenti.
Ninu Zammit kompla li dan il-pass jawgura tajjebghall-operat li jiggarantixxi provvista ta’ prodott ta’ kwalità kif ukoll dhul xieraq ghall-bdiewa.
Hu temm li fil-prezent il-Gvern qed ifassal ligiapposta ghat-twaqqif ta’ Producers Organistions, liema organizzazzjonijiet se jservu bhala l-ghodda ewlenija li permezz taghhom l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa jkunu jistghu jigu meghjuna finanzjarjamet fl-operat taghhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow