TWAQQIF TA’ DEPOT GHALL- IPPROCESSAR TAT-TADAM
pr1294
05/09/2001
| It-twaqqif ta’ depot fil-Pitkalija f’Ta’ Qali ghall-gbir ta’ | tadam ghall-ipprocessar hu parti mill-pedament biex titwaqqaf Producers Organisation specifika ghall-bdiewa li jkabbru dan il-prodott. Dan id-depot se jservi biex, b’kooperazzjoni shiha bejn il-bdiewa u l-processuri, il-process kollu tat-tkabbir tat-tadam ikun ikkontrollat u ppjanat mill-bidu sat-tmiem, u cioé, mill-ghazla taz-zerriegha tal-varjetà sa l-ipprocessar finali ta’ l-istess tadam. Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd Ninu Zammit waqt zjara fid-depot il-gdid ghall-ipprocessar tat-tadam li twaqqaf f’Ta’Qali. Hu qal li dan il-pass ghandu jservi ta’ ezempju haj fl-ippjanar ghat-twaqqif ta’ Producers Organisations specifici minn bdiewa li jkabbru prodotti agrikoli ohra. |
| Il-Ministru Zammit spjega li dan id-depot hu | frott ta’ diversi laqghat li l-Kooperattiva Centrali kellha mal-Ministeru tal-Biedja bl-iskop li l-operat ta’ dan is-settur ikun organizzat fuq linji izjed efficjenti u izjed produttivi. Hu irrefera ghall-fatt li l-bdiewa koncernati anki gew iffinanzjati biex izuru depot ta’ l-ipprocessar fil-Portugall fejn kellhom ic-cans jaraw kif jahdmu organizzazzjonijiet simili. |
| Fost l-ohrajn, it-thejjijiet ghat-twaqqif ta’ dan | id-depot kienu jinkludu wkoll tahdidiet u ftiehem ma’ wiehed mill-processuri lokali, Magro Bros. B’hekk seta’ jintlahaq ftehim fuq il-prezz, fuq il-varjetà kif ukoll fuq il-kwalità, tat-tadam li hu mehtieg ghall-ipprocessar |
| Barra minhekk, dan il-progett sar bl-ghajnuna | tal-Ministru tal-Biedja billi kienu allokati art u mahzen ghal dan il-ghan filwaqt li l-Kooperattiva Centrali nghatat il-finanzi kollha mehtiega ghall-modifikazzjonijiet u l-irrangar kollu mehtieg biex dan id-depot ikun jista’ jwettaq il-funzjoni tieghu b’mod efficjenti. |
| Ninu Zammit kompla li dan il-pass jawgura tajjeb | ghall-operat li jiggarantixxi provvista ta’ prodott ta’ kwalità kif ukoll dhul xieraq ghall-bdiewa. |
| Hu temm li fil-prezent il-Gvern qed ifassal ligi | apposta ghat-twaqqif ta’ Producers Organistions, liema organizzazzjonijiet se jservu bhala l-ghodda ewlenija li permezz taghhom l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa jkunu jistghu jigu meghjuna finanzjarjamet fl-operat taghhom. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN