Left arrow Mur Lura

SKEMA TA’ TAĦRIĠ MA’ HILTON INTERNATIONAL FL-INGILTERRA GĦALL-IMPJEGATI FIL-QASAM TURISTIKU F’GĦAWDEX

pr1292
Date Icon 05/09/2001

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onorevoli Giovanna Debono, illum inawgurat Skema ta’ Taħriġ ma’ Hilton International għall-impjegati fil-qasam turistiku f’Għawdex.

"Is-settur tat-turiżmu huwa importanti ħafna għal Għawdex. Nistgħu ngħidu li b’mod jew b’ieħor, it-turiżmu jaffettwa kull attività ekonomika fil-gżira. Permezz ta’ bosta iniżjattivi, fosthom bit-twaqqif tal-GTA, bir-reklamar fil-Fieri Internazzjonali, bil-pubblikazzjoni ta’ Guide Book informattiv li jiġbed l-għajn, bil-promozzjoni tal-gżira bħala destinazzjoni turistika unika, anke bl-għajnuna ta’ l-MTA, fosthom b’parteċipazzjoni b’bosta programmi televiżivi li jintwerew barra minn Malta, b’iniżjattivi kulturali fi gżejjer żgħar ’l hinn minn xtutna, Għawdex qed jiġi reklamat dejjem aktar.

Iżda fattur importanti sabiex it-turist li jagħżel li jqatta’ l-btala tiegħu f’Għawdex ikun sodisfatt, huwa s-servizz li huwa jirċievi mill-istabbilimenti li jżur, fosthom lukandi u restoranti. Kien għalhekk li inħolqot din l-inizjattiva, li permezz tagħha il-ħaddiema f’dan is-settur ser jingħataw l-opportunità li fix-xhur tax-xitwa jaħdmu mal-Hilton International fl-Ingilterra. B’hekk, il-ħaddiema jkollhom esperjenza ta’ taħriġ li sservi sabiex jingħata servizz dejjem aktar professjonali, meta huma jirritornaw sabiex jaħdmu fl-istabbilimenti f’Għawdex. Min-naħa ta’ min iħaddem, din l-inizjattivi hija opportunità sabiex fil-lean months jitnaqqsulhom l-ispejjes tal-pagi tal-ħaddiema rispettivi, filwaqt li wara li l-ħaddiema jirritornaw minn din l-esperjenza, jgħollu l-istandards tas-servizz offrut fl-istabbiliment tagħhom".

Dan qalitu dal-għodu l-Onorevoli Giovanna Debono, waqt l-inawgurazzjoni uffiċċjali ta’ l-iskema, fis-Sala ta’ l-Esebizzjonjiet tal-Ministeru għal Għawdex

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow