Left arrow Mur Lura

ATT DWAR ID-DRITTIJIET TA' L-AWTUR (L-ATT XIII TA' L-2000) - AMMINISTRAZZJONI KOLLETTIVA TA' DRITTIJIET

pr1286
Date Icon 04/09/2001

L-Uffiċċju għal Intraprizi Żgħar (Small Business Efficiency Unit - S.B.U.) fid-Divizjoni tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi kien qed jirċievi diversi lmenti minn negozjanti u entitajiet kummerċjali dwar talbiet li kienu qed isirulhom għal ħlas tad-drittijiet ta' l-awtur (performing rights). L-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ġie mgħarraf b'dawn l-ilmenti u mmedjatamenti beda' numru ta' konsultazzjonijiet bejn l-S.B.U. u l-Uffiċċju għal Proprjeta' Industrijali (Industrial Property Office - I.P.O.).

Wara dawn il-laqgħat, is-Segretarju Parlamentari Vassallo jixtieq jinforma lil kull min hu kkonċernat li Taqsima XI li ġġib it-titlu 'Amministrazzjoni Kollettiva ta' Drittijiet' ta' l-'Att dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur', daħlet fis-seħħ b'effett mill-1 ta' Jannar, 2001.

Din it-Taqsima ta' l-'Att dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur' tirregola dan li ġej:

1. Awtorizzazzjoni lill- Collecting Societies;

2. Twaqqif u inkorporazzjoni ta' Collecting Societies;

3. Ħidmiet ta' Collecting Societies; u

4. Metodi ta' tħaddim ta' Collecting Societies.

Huwa għalhekk notifikat li sal-lum l-ebda Collecting Society ma' ġiet inkorporata mal-Ministeru responsabbli għall-protezzjoni tad-drittijiet ta' l-awtur u ta' drittijiet viċini skond Taqsima XI ta' l-'Att Dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur'

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow