Left arrow Mur Lura

TFAL GĦAWDXIN LI JATTENDU SKOLASAJF IŻURU LILL­ANZJANI F' DARHOM U FID­DAY CENTRE

pr1285
Date Icon 04/09/2001

Bħala parti minn kampanja edukattiva dwar ir­rwol u l­istil ta' ħajja ta' l­anzjani Għawdxin, il­kumitat tat­tmexxija taċ­Ċentru ta' matul il­Jum ta' l­anzjani f'Għajnsielem, flimkien ma' dak tas­servizz tal­Meals on Wheels f'Għawdex, organizzaw żjarat fejn tfal mill­iskejjel primarja li qed jattendu Skolasajf, żaru lill­anzjani fi djarhom kif ukoll fid­Day Centre.

Din il­kampanja, li ġiet organizzata matul ġimgħatejn bl­għajnuna tad­Dipartiment ta' l­Edukazzjoni f'Għawdex, kellha l­għan li tqarreb lil tfal ta' etajiet żgħar, minn seba' sa għaxar snin, ma' l­anzjani.

Din il­kampanja kienet tikkonsisti f'żewġ attivitajiet komplementari; fl­ewwel attività, tfal akkompanjati mill­għalliema tagħhom, segwew il­vettura li tqassam il­Meals on Wheels lill­anzjani fi djarhom u kienu huma li ħabbtu l­bibien ta' l­anzjani u qassmulhom l­ikel. Dan il­ġest intlaqa' bi tbissima mill­anzjani li kellhom kunsinna mhux tas­soltu. Is­Servizz tal­Platt Sħun ġie ntrodott f'Għawdex għall­ewwel darba fl­1999 permezz ta' kollaborazzjoni bejn il­Ministeru għal Għawdex, il­Ħbieb tal­Morda u l­Anzjani u l­Moviment Azzjoni Soċjali.

It-tieni attività kienet bbażata fid­Day Centre f'Għajnsielem, ċentru li nfetaħ uffiċjalment f'Mejju tal­1999 bi qbil bejn il­Ministeru għal Għawdex, ħdax­il Kunsill Lokali u l­Kurja f'Għawdex. Iż­żjarat tat­tfal f'dan iċ­Ċentru ġew organizzati sabiex it­tfal u l­anzjani jkunu mill­istess raħal. B'hekk, kienu bosta dawk it­tfal li matul iż­żjara tagħhom iltaqgħu man­nanniet, zijiet, ħbieb u ġirien. Saru diskussjonijiet bejn il­gruppi taż­żewġ etajiet dwar l­istili ta' ħajja fl­irħula partikolari matul it­tfulija ta' l­anzjani u llum. Minn fost il­mitejn tifel u tifla li żaru ċ­Ċentru matul dawn l­aħħar ġimgħatejn, kienu ħafna dawk li għażlu li jakkompanjaw lill­anzjani qraba tagħhom lura lejn djarhom wara li spiċċat din l­attività.

Dan iċ­Ċentru ta' matul il­jum jilqa' fiħ madwar mija u ħamsin persuna anzjana fil­ġimgħa. L­anzjani li jiffrekwentaw iċ­Ċentru jattendu għall­konċelebrazzjoni tal­Quddiesa, jieħdu l­kolazzjoni, jqattgħu ħin liberu flimkien, jagħmlu użu minn servizz ta' tobba u podoloġi, kif ukoll ta' hairdresser. Il­kumitat ta' tmexxija taċ­Ċentru flimkien ma' l­uffiċċjal inkarigat jorganizzaw diskussjonijiet fuq suġġetti varji u ħarġiet għall­anzjani, kemm f'Għawdex kif ukoll f'Malta. Darba fis­sena jiġi organizzat tour barra minn Malta li matulu l­anzjani jkunu akkumpajati minn bosta ħaddiema taċ­Ċentru. Iċ­Ċentru t'Għajnsielem jilqa' wkoll fih gruppi ta' anzjani minn Day Centres f'Malta. F'dan iċ­Ċentru tinżamm ukoll l­Università tat­Tielet Età li reġgħet ġiet introdotta b'suċċess sentejn ilu.

Waqt żjara li l­Ministru għal Għawdex, l­Onorevoli Giovanna Debono għamlet kemm fid­djar ta' anjani li kienu qed jirċievu l­Meals on Wheels fi djarhom kif ukoll id­Day Centre, hija qalet li huwa neċessarju li jiġu organizzati attivitajiet li jservu bħala parti mill­edukazzjoni kontinwa sabiex jiġu apprezzati l­fażijiet kollha tal­ħajja sabiex verament ikunu nistgħu ngħidu li għandna soċjetà għal kull età

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow