ATTIVITAJIET GĦALL-FESTA NAZZJONALI TA' "JUM IL-VITTORJA"
Il-Ġimgħa, 7 ta' Settembru 2001
11.30 Tqegħid ta' kuruni mill-Kumitat Festi Nazzjonali fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata u
l-Forti Sant' Anġlu, Birgu u l-Monument tal-Vittorja, Isla.
Serata Kommemorattiva f' Misraħ l-Assedju l-Kbir, Valletta
18.30 Marċ mill-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta minn Misraħ l-Assedju l-Kbir għal Bieb-il-Belt u lura.
18.50 Il-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta taħt it-tmexxija tal-Kaptan George Debono A(Mus) LCM, tesegwixxi programm mużikali ħdejn il-Monument ta' l-Assedju l-Kbir.
19.00 Wasla tal-mistednin distinti
19.12 Wasla tal-Prim Ministru
19.15 Programm Musiko/Letterarju bil-parteċipazzjoni tal-Banda tal-Forzi Armati. Matul din is-serata se tittella’ ukoll Ballata bl-isem ta’ "Biex Ma Ninsewx – l-Għanja tas-Żewġ Assedji" miktuba minn Frans Baldacchino ‘Il-Budaj’.
Diskors kommemorattiv mis-Sinjura Josephine Attard Sultana.
Tqegħid ta' kuruni mill-Prim Ministru, Persuni Distinti u Korpi Kostitwiti
INNU NAZZJONALI
Is-Sibt, 8 ta' Settembru, 2001
"JUM IL-VITTORJA"
Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta' San Gwann
09.30 Tluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta flimkien ma' Gwardja ta' l-Unur minn ħdejn il-Monument ta' Kristu Re, Floriana, tul Triq ir-Repubblika, Valletta
09.42 Wasla tal-Gwardja ta' l-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati f' Misraħ San Gwann, Valletta
09.48 Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati
09.51 Wasla tal-Prim Ministru
09.55 Wasla ta' l-E.T. il-President ta' Malta
Jingħata Salut Nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja ta' l-Unur
10.00 Quddiesa Pontifikali u kant tat- "Te Deum"
11.15 Tqegħid ta' Kuruna mill- E.T. il-President ta' Malta fuq il-Monument ta' l-Assedju l-Kbir, Valletta
Regatta fil-Port il-Kbir
14.00 Fil-Port il-Kbir issir ir-Regatta tradizzjonali li fiha l-clubs tar-Regatta ta’ Birgu, Bormla, Kalkara, Senglea, Marsa u Marsamxett jikkompetu f' Tiġrijiet tad-Dgħajjes tal-midalji b'erba' mqadef; Dgħajjes tal-pass b'erba' u b'żewġt imqadef; Freġatini b'żewġt imqadef u tmunier u Kajjikki b'żewġt imqadef. Ikun hemm ukoll tiġrijiet speċjali għall-qaddiefa taħt it- 23 sena. Barra minhekk, matul ir-Regatta se jsiru ukoll tiġrijiet tal-canoes.
Fl-aħħar tat-tiġrijiet issir il-preżentazzjoni tas-shield, tazzi, trofej u paljijiet tradizzjonali.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN