Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI DWAR XOGĦOL FI TRIQ HOMPESCH, FGURA

pr1268
Date Icon 30/08/2001

Waħda mit-toroq f'Malta li ilha tissemma bħala li trid titkompla u titlesta hi Hompesch Road, Fgura. Wara li fl-1996 kien inbeda x-xogħol fuq l-ewwel fażi ta' din it-triq u tkompla fix-xhur ta' wara, kien meħtieġ li fil-fatt il-kumplament tat-triq isir ukoll ix-xogħol fuqha.

Wara li f'Ottubru 1999 ħarġet it-tender meħtieġa għal dan ix-xogħol, u fil-fatt it-tender kienet ingħatat, il-Kuntrattur li kien ħa x-xogħol, dak iż-żmien ir-Roads Group, wara ħafna ħela ta' żmien kien tilef l-interess li jagħmel ix-xogħol, u ma ġeddidx il-garanzija bankarja. B'hekk id-Dipartiment tat-Toroq ma kellux alternattiva oħra ħlief dik li jerġa' joħroġ it-tender għax-xogħol fuq din it-triq.

Il-prassi użata mill-Ministeru u mid-Dipartiment tat-Toroq meta jkun ser isir x-xogħol ta' toroq fil-lokalitajiet, (kemm xogħol tat-toroq ġodda, kif ukoll rikostruzzjoni) hi li d-Dipartiment ifassal ix-xogħol, jagħmel il-koordinazzjoni tax-xogħol meħtieġ u jaħtar il-Kuntrattur (permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti fejn ix-xogħol ikun kbir). Fil-każ tal-Fgura l-Ministeru mexa bl-istess mod. F'Novembru 2000 reġgħet ħarġet is-sejħa għall-offerti u x-xogħol ingħata lill-Kuntrattur.

Iktar ma' beda jgħaddi ż-żmien beda jidher aktar ċar li xi uħud fil-Kunsill Lokali tal-Fgura ma ridux li dan ix-xogħol isir. Bdew jinħolqu kwistjonijiet għal xejn, li kienu jagħtu wieħed x’jifhem illi aktar kien hemm interess li jitwaqqaf ix-xogħol milli li x-xogħol jinbeda u jitlesta.

F'dawn l-aħħar jiem, wara xhur ta' laqgħat mad-Dipartiment tat-Toroq, dehru numru ta' korrispondenzi li jikkonfermaw din l-attitudni.

Jidher ċar li min suppost jaħdem biex jara x-xogħol lest, qed jagħmel ħiltu kollha biex iwaqqaf ix-xogħol.

Id-Dipartiment tat-Toroq ordna lill-Kuntrattur biex jibda x-xogħol nhar it-Tnejn, 3 ta' Settembru 2001 u dan biex ma jitkompliex jintilef aktar ħin. Dan għandu jassigura li x-xogħol ikun jista' jinbeda u jitlesta.

Il-Kunsill Lokali jidher li sejjaħ Konferenza Stampa biex jgħid l-istorja tiegħu dwar dan ix-xogħol. Il-Ministru ntalab jagħti il-veduti tiegħu dwar dan is-suġġett.

Minbarra l-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u l-Ministru tal-Kunsilli Lokali, il-Kelliema ta' l-Oppożizzjoni f'dawn l-oqsma ġew mistiedna ħalli jagħtu l-veduti tagħhom dwar din il-kwistjoni.

L-uniku interess li għandu l-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni hu dak li jinbeda x-xogħol u ma jinħeliex aktar żmien. Għal dan il-għan jikkonferma l-ordni li għandu l-Kuntrattur biex min-nhar it-Tnejn, 3 ta' Settembru 2001 jibda x-xogħol. Il-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni ippublika l-korrispondenza li għaddiet bejn il-Kunsill Lokali u d-Dipartiment tat-Toroq biex kulħadd ikun jaf li l-Gvern irid li x-xogħol jinbeda u jitlesta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow