JIBDA L-PROCESS TA' PUBLIC SCREENING DWAR L-APPLIKAZZJONIJIET TAHT L-ISKEMA TA' L-ART AGRIKOLA TAL-GVERN
It-Taqsima Proprjetà tal-Gvern, fil-jiem li gejjin se tibda process ta' screening wara li ghalqu l-applikazzjonijiet dwar l-Iskema ta' l-Art Agrikola tal-Gvern.
L-Iskema tnediet mill-Ministeru ta' l-Intern f'Awwissu 2000 u tat l-opportunita' lil kull min jahdem art agrikola tal-Gvern sabiex japplika biex jinghata kirja gdida fuq dik l-art u b'hekk igawdi mill-beneficcji offruti mill-iskema, fosthom titolu legali fuq l-art li jkun qed jahdem.
L-iskema kienet tapplika ghall-art agrikola tal-Gvern kollha, inkluza dik amministrata mill-Ufficcju Kongunt (art li qabel kienet tal-Knisja). Applikazzjonijiet taht l-iskema ntlaqghu sat-28 ta' Frar 2001.
L-Iskema ghal Art Agrikola tal-Gvern tipprovdi biex wara l-gheluq ta' l-applikazzjonijiet isir Process ta' 'Public Screening' (PPS). Dan l-iscreening (il-PPS) ser jigi mplimentat b'mod gradwali fi gruppi ta' lokalitajiet.
Il-PPS huwa intenzjonat sabiex jaghti l-opportunità lil kull min hu interessat biex jara, fuq mappa apposta, il-bcejjec ta' art li fuqhom tkun saret xi applikazzjoni u minn min saret. Kull min ghandu raguni valida biex jikkunsidra li l-applikazzjoni ma saritx skond l-iskema, jew li hija falza jew inkella tista' tippregudika xi drittijiet tieghu/taghha u/jew ta' terzi, ikun jista' jaghmel oggezzjoni fuq formola li giet ippreparata ghal dan il-ghan.
Dan l-iscreening (il-PPS) ghandu jservi ta' servizz lill-komunità li potenzjalment jista' jwassal sabiex jigu identifikati abbuzi u ksur ta' drittijiet ta' terzi. Barra minhekk, il-Kunsilli Lokali qeghdin fl-ahjar pozizzjoni li jipprovdu dan is-servizz lill-komunità taghhom, ghaliex jistghu facilment jintlahqu minn kulhadd. Ghalhekk il-PPS ser ikun mwettaq mill-ufficcji tal-Kunsilli Lokali.
Il-PPS ser jigi implimentat b'mod gradwali fi gruppi ta' lokalitajiet u l-perjodu ta' kull screening (PPS) ser ikun ta' xahrejn f'kull lokalità. L-ewwel PPS ser jibda min-nhar it-Tnejn, 3 ta' Settembru 2001, u se jkopri dawn il-lokalitajiet li gejjin:
Birgu, Birkirkara, Birzebbugia, Fgura, Gharghur, Ghaxaq, Gudja, Gzira, Iklin, Kalkara, Kirkop, Lija, Luqa, Marsa, Marsascala, Marsaxlokk, Mqabba, Msida, Paola, Qormi, Qrendi, Safi, San Gwann, Sta. Lucia, Sta. Venera, Swieqi, Tarxien, Xghajra, Zabbar, Zejtun, Zurrieq.
Il-PPS ghal gruppi ta' lokalitajiet ohra jsir aktar 'l quddiem f'dati li ghad iridu jithabbru
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN