TNEĦĦIJA TA’ SKART LI NĠABAR WARA L-MALTEMPATA TAL-BIERAĦ
Wara l-maltempata tal-bieraħ filgħaxija, it-Taqsima ghall-Ambjent Nadif fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, ħa passi mmedjati l-bieraħ filgħaxija stess, u kompla dalgħodu, biex ineħħi skart li nġabar f’diversi inħawi. It-Taqsima hadmet b’diversi ġajjiet biex naddaf u neħħa perikli minn toroq.
Fost il-postijiet li minnhom tneħħa skart li nġabar wara l-maltempata, kien hemm ir-roundabout ta’ ħdejn l-Erba’ Qaddisin, Ħal-Qormi; iċ-Ċentru Sportiv tal-Marsa, Triq Birkirkara, San Ġiljan; il-parti t’isfel ta’ Triq Wied Għomor, fis-Swieqi li tagħti għall-wied; Triq il-Wied fl-Imsida, Corradino Hill u Triq Għajn Dwieli, Paola; il-pont fi Triq Aldo Moro, u il-pont ta’ ħdejn il-Pepsi fi Triq Qormi, Marsa; wara l-fabbrika tal-Lowenbrau, Qormi u ħdejn it-traffic lights ta’ ħdejn iċ-Ċimiterju ta’ l-Addolorata f’Raħal Ġdid.
It-Taqsima għall-Ambjent Nadif se tkompli bil-ħidma taghha sakemm is-sitwazzjoni tiġi għan-normal.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN