Left arrow Mur Lura

ROTTA LI TNAQQAS INKONVENJENT GHAR-RESIDENTI TAL-FGURA

pr1249
Date Icon 24/08/2001

Il-Gvern għażel li jbiddel ir-rotta minn fejn se jgħaddi provvista ġdida ta’ l-elettriku għall-Kottonera biex ma jkunx hemm inkonvenjenzi għar-residenti ta’ Triq Carmel u Triq Cospicua, fil-Fgura. Il-Gvern issa se jgħaddi t-trinka mill-periferija tal-Fgura, peress li t-toroq huma usa u ma jgħaddux minn inhawi residenzjali.

F’ittra li bagħat lis-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Fgura, il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech irreferih għal-laqgħa li kellhom fit-13 ta’ Awissu 2001, dwar it-trinka li l-Korporazzjoni Enemalta trid tgħaddi minn Bulebel għall-Birgu, biex tipprovdi provvista aħjar ta’ l-elettriku għall-Proġett tal-Kottonera u t-tliet ibliet. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-ewwel diskussjonijiet dwar dan is-suġġett saru fil-21 ta’ Novembru 2000, u wara din il-laqgħa, il-Ġvern qabel li jibdel ir-rotta kif suġġerit mill-Kunsill Lokali tal-Fgura, jiġifieri minn Triq Carmel u Triq Cospicua, flok minn Triq is-Sur. Bħala kondizzjoni biex isiru dawn ix-xogħlijiet, il-Kunsill Lokali tal-Fgura talab lill-Gvern biex jiksi kompletament mill-ġdid it-toroq milquta mit-tħaffir ta’ trinek.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li sussegwentament il-Korporazzjoni Enemalta ħaffret toqob bi prova biex ikollha indikazzjoni dwar l-presenza ta’ servizzi fir-rotta magħżula. Ir-riżultat ta’ dawn it-toqob, kif ukoll ta’ studju li sar mit-Taqsima tax-Xogħlijiet, urew li ż-żieda ta’ servizzi ġodda fir-rotta magħżula kienet se toħloq problemi kbar għar-residenti, minħabba n-numru kbir ta’ servizzi li diġà hemm f’dawn it-toroq; u anke minħabba fil-wisa’ ristrett ta’ ċerti partijiet tat-toroq. Dan ix-xogħol kien se jfisser inevitabilment il-bdil ta’ komunikazzjonijiet tad-drenaġġ u l-ilma tad-djar, kif ukoll ta’ servizzi oħrajn

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow