Left arrow Go Back

IL-MALTEMPATA LI LAQTET LIL MALTA L-BIERAH

pr1248
Date Icon 24/08/2001
Il-bierah filghaxija ghall-habta tas-7.30 p.m.,maltempata laqtet lil Malta f’hin qasir u kawza ta’ dan, diversi postijiet, fosthom l-Imsida, B’Kara u Hal-Qormi ntlaqtu minn gharghar.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili mill-ewwel hal-prekawzjonijiet necessarji fosthom li jinghalqu it-toroq li kienu mgharrqa bl-ilma, kif ukoll biex isalva lil diversi persuni li nqabdu fil-vetturi taghhom. Fost dawn kien hemm tlett persuni anzjani li gew salvati fil-wied ta’ Hal-Balzan u ohrajn li gew salvati f’Birkirkara kif ukoll fl-Imsida.
Il-membri tal-Protezzjoni Civili kellhom bicca xogholiebsa biex jikkontrollaw it-traffiku, specjalment meta kien hemm xi uhud mis-sewwieqa li bdew jargumentaw kontra id-direttivi moghtija lilhom. Sahansitra, kien hemm min ipprova jaggredixxi lil wiehed mill-membri tal-Protezzjoni Civili, billi hareg bicca hadida biex jattakkah biha. Dan il-kaz qed jigi investigat.
Id-Direttur tal-Protezzjoni Civili jikkundanna dan l-agir,kif ukoll l-agir ta’ dawk il-ftit li ma jikkoperawx ma’ l-ufficjali fil-qadi ta’ dmirijiethom. Ta’ min ifakkar illi l-Ligi tal-Protezzjoni Civili tipprovdi illi kull min jonqos li jhares xi ordni li tinghatalu mill-ufficjali tal-Protezzjoni Civili waqt il-qadi ta’ dmirijietu, ikun hati ta’ reat u jista’ jehel, meta jinsab hati, prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn tlett xhur.
Id-Direttur jixtieq jirringrazzja lill-mezzi tax-xandirkollha tal-koperazzjoni li qed tinghata lid-Dipartiment
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow