RESTAWR TA’ 12-IL KILOMETRU TA’ FORTIFIKAZZJONIJIET
Waqt diskors li ghamel meta zar xoghol ta’ restawr li qed isir lill-Victoria Lines, il-Ministru ghall-Ambjent, Dr. Francis Zammit Dimech qal li x-xoghol ta’ restawr f’pajjizna qieghed kull ma jmur jikber fl-importanza ghaliex il-poplu qed dejjem isir aktar konxju mill-wirt storiku ta’ Malta.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Victoria Lines, kienu twal madwar 12-il kilometru u jaqsmu Malta fi tnejn, ’l fuq mill-Imdina. Dawn kienu xibka kumplessa ta’ fortifikazzjonijiet – b’fortizzi, batteriji, entrenchments, hitan, linji ta’ infanterija, searchlight emplacements u howitzer positions - monument uniku ta’ arkitettura militari.
Il-Ministru ghall-Ambjent qal li tul is-snin dawn il-fortifikazzjonijiet thallew fi stat ta’ abbandun u saritilhom hafna hsara. Kien ghalhekk li l-Unit ghar-Restawr fi hdan it-Taqsima tax-Xoghlijiet, gewwa l-Ministeru ghall-Ambjent, ha l-inizjattiva biex jippriserva u jirrestawra l-Victoria Lines. Qal dan kien sar fuq proposta li saret mill-Kunsill Lokali tal-Mosta, bil-partecipazzjoni ta’ seba’ kunsilli lokali ohra: dawk tan-Naxxar, l-Gharghur, Swieqi, Rabat, Mgarr, Pembroke u San Pawl il-Bahar. Dan sar anke permezz ta’ ghajnuna li nghatat mill-Unjoni Ewropea taht l-awspicji tal-MED-URBS Programme.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li permezz ta’ l-Unit ghar-Restawr f’Ottubru 2000 twaqqaf Kumitat ta’ Azzjoni, biex jistudja u jindirizza l-problema tal-konservazzjoni u l-immaniggjar tal-Victoria Lines. F’dan il-kumitat qed jippartecipaw il-Unit ghar-Restawr, il-Kunsilli Lokali interessati, l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar, l-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu u l-Fondazzjoni Wirt Artna.
Il-Ministru ghall-Ambjent qal li wiehed mill-iskopijiet ta’ dan il-kumitat hu li jifformula strategija ghall-konservazzjoni ta’ dan il-monument storiku, strategija li trid tizgura l-ippriservar u l-manutenzjoni kontinwa tal-hajt difensiv u l-fortizzi. L-iskop hu ukoll li dawn il-linji jkunu aktar accessibbli ghall-visitaturi. Hu qal li z-zewg miri ewlenin f’din l-istrategija huma dawk li jigi stabbilit il-mekkanizmu necessarju li jwassal ghar-restawr, il-manutenzjoni kontinwa u l-immaniggjar ta’ dan il-monument storiku u t-twaqqif ta’ l-ewwel Heritage Trail Nazzjonali immanniggjat f’Malta.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li element importanti fil-konservazzjoni tal-Victoria Lines kien il-holqien ta’ heritage trail, mat-tulkollu tal-linji difensivi. Dan iwassal biex il-fortizzi u l-fortifikazzjonijiet jkunu restawrati u zviluppati biex jilqghu lill-vizitaturi u biex ikun hemm muzewijiet, interpretation centers u refreshment areas. Dan irid iwassal ukoll biex il-moghdijiet u t-toroq tul il-hajt jinzammu hielsa minn vegitazzjoni, skart tal-kostruzzjoni u ostakoli ohra u biex jizguraw mixja fiz-zgur u minghajr interuzzjonijiet.
Il-Ministru qal li f’din il-hidma il-Kumitat kien qed ikun mghejjun mill-Environmental Development and Management Section fit-Taqsima tax-Xoghlijiet f’xoghol li jinvolvi tindif f’diversi inhawi tal-Victoria Lines. Hu qal li l-Unit ghar-Restawr kienet qed tikkoordina x-xoghol.
Il-Ministru ghall-Ambjent qal li s’issa kienu nbdew dawn l-inizjattivi:
Tindif tal-foss tul parti mill-Victoria Lines maghrufa bhala x-Xaghra ta’ Bingemma, minfejn s’issa tnehhew 12-il trakk ta’ skart u debris. Dan ix-xoghol qed isir minn haddiema ta’l-Environmental Development and Management Section;
Tindif tal-moghdija u l-inhawi ta’ madwar parti mill-Victoria Lines maghrufa bhala Il-Kuncizzjoni, minfejn tnehhew hames trakkijiet ta’ skart u debris. Dan ix-xoghol qed isir ukoll minn haddiema ta’ l-Environmental Development and Management Section;
Ir-restawr tat-Torri tan-Nadur, limiti ta’ Bingemma li sar minn haddiema tal-Unit ghar-Restawr;
Tiswija u restawr ta’ parti imwaqqa’ tad-Dwejra Lines magenb Bingemma Gap. Dan ix-xoghol qed isir minn haddiema tat-Taqsima tax-Xoghlijiet mit-Tmien Distrett taht is-supervizjoni ta’ periti mill-Unit ghar-Restawr;
Stharrig geolgiku ta’ parti ta’ tliet kilometri tal-Victoria Lines li qed isir mill-Malta University Services.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-Kumitat ta’ Azzjoni qed jahseb li jwaqqaf bazi ta’ operazzjoni biex ikun jista’ jikkoordina l-interventi fuq il-Victoria Lines, post li ghandu jservi bhala bazi logistika ghall-hazna ta’ taghmir, materjal u provisti u bhala post ta’ tahrig fis-snajja tar-restawr.
Il-Ministru ghall-Ambjent qal li fil-qasam tar-restawr ghad baqa’ hafna x’isir. Importanti izda hu li bdejna u li l-poplu qieghed isir dejjem aktar konxju mill-wirt ta’ pajjizna.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN