Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TA’ L-INTERN DWAR IS-SERVIZZ TAS-SIGURTA`

pr1239
Date Icon 22/08/2001

B’referenza ghall-attakki ingusti u bla spjegazzjoni li kien hemm ricentement f’parti mill-media kontra s-Servizz ta’ Sigurtà, il-Minsteru ta’ l-Intern jichad li dan is-Servizz, li tant hu mehtieg fil-glieda kontra l-kriminalità, kiser il-ligi jew ghamel xi atti mhux awtorizzati.

Dawn l-attakki fil-media huma iktar u iktar ingusti, ghaliex hu fatt maghruf illi ebda servizz ta’ sigurtà ma jista’ jaghti informazzjoni dwar il-hidma tieghu jekk irid li jahdem u jilhaq l-iskop li ghalih twaqqaf. L-ghidut u x-xnighat minghajr ebda bazi ta’ verità jservu biss biex joskuraw il-hidma fejjieda tas-Servizz.

Hija prattika taht Gvernijiet differenti li, la s-Servizz u lanqas il-Ministeru ma’ jaghtu informazzjoni dwar il-poteri specjali li taghtihom l-ligi fit-twettiq ta’ dmirijiethom. Dan ifisser illi skond il-ligi:-

  1. dawn il-poteri specjali jistghu jintuzaw biss bl-awtorizzazzjoni specifika u bil-miktub tal-Ministru ta’ l-Intern jew tal-Prim Ministru;
  2. kull awtorizzazzjoni tista’ tigi ezaminata minn Kummissjonarju mahtur skond il-Ligi li ghandu l-poter li jezamina il-validità ta’ kull mandat (warrant);
  3. jezisti Kumitat ta’ Sigurtà kompost mill-Prim Ministru, il-Ministru ta’ l-Intern u dak ta’ l-Affarijiet Barranin, u l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni li jissorvelja il-hidma tas-Servizz.

Is-Servizz ta’ Sigurtà inholoq sabiex jkun hemm ko-ordinazzjoni bejn forzi differenti ta’ l-ordni fil-gbir ta’ informazzjoni fil-glieda kontra il-kriminalità; sa qabel dan kollox kien koncentrat f’idejn il-Pulizija.

Il-Ministeru jassigura lill-pubbliku li l-poteri specjali jintuzaw biss kontra persuni suspettati bit-twettiq ta’ reati serji kif stipulat fl-Att dwar Is-Servizz Tas-Sigurta` (Kap 391).

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow