Left arrow Mur Lura

INAWGURATA L-EWWEL COASTAL ZONE MANAGEMENT PLAN GHAR-RAMLA

pr1237
Date Icon 22/08/2001

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono flimkien mal-Ministru ta’ l-Ambjent, l-Onor. Francis Zammit Dimech dalgħodu inawguraw l-ewwel Management Plan ta’ Żoni Kostali għar-Ramla, waqt attivita’ organizzata fil-post.

Il-pjan li tfassal mill-Fondazzjoni Gaia flimkien mal-Euro-Mediterranean Centre on Insular Coastal Dynamics (ICoD) bħala parti mill-ewwel proġett maniġerjali tal-kosta Għawdxija, qed isir b’fondi ta’ l-Unjoni Ewropea, permezz tal-Programm LIFE. Dan il-pjan ġie approvat mill-Environment Protection Department, illi hatar lill-Fondazzjoni Gaia sabiex timmaniġġja r-Ramla b’mod illi tintegra l-interess tal-pubbliku fit-tgawdija tal-bajja, flimkien mal-protezzjoni tal-habitat naturali u l-wirt arkeoloġiku tas-sit. Pjan maniġerjali separat għall-wirt storiku tar-Ramla ġie ppreparat mill-Fondazzjoni Gaia illi ġie sottomess lill-Environment Protection Department, lid-Dipartiment tal-Mużewijiet, lill-Planning Authority u lill-Kunsilli Lokali tax-Xagħra u n-Nadur.

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex faħħret l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett li għandu joffri mhux biss protezzjoni ambjentali u għarfien ta’ l-aspett ekoloġiku taż-żona tar-Ramla imma wkoll rijabilitazzjoni, tgawdija ta’ l-inħawi u kampanja edukattiva lil kull min iżur iż-żona. Dan il-proġett qed jerġa’ jara s-sħubija tal-Gvern mal-Privat fl-implimentazzjoni ta’ proġett għall-ġid komuni, b’mod speċifiku għall-ġid ta’ żona storika, kulturali u ekoloġika. Hija rringrazzjat lill-Bank of Valletta illi permezz ta’ l-isponsorship tagħhom għal dan il-proġett qed jerġgħu juru b’mod konkret is-sens ta’ responsabilita’ fir-rigward ta’ l-iżvilupp olistiku ta’ Għawdex.

Bħalissa l-Fondazzjoni Gaia qegħda taħdem sabiex ittejjeb il-faċilitajiet ta’ sigurta’ fil-bajja. Il-miżuri meħuda s’issa jinkludu l-installazzjoni ta’ safety lines illi jgħinu lill-għawwiem f’diffikulta’, servizz ta’ patrolling regolari minn ħaddiema tal-Fondazzjoni u l-Pulizija, flimkien mat-twaqqif ta’ servizzi ta’ First Aid fl-Għassa tal-Pulizija tar-Ramla. Dan flimkien ma’ information boards u pjanti illi jipprovdu iktar għarfien lill-pubbliku dwar l-aspetti ambjentali tas-sit. Fil-futur, huwa mistenni li l-Fondazzjoni twaqqaf Interpretation Centre kif ukoll tidentifika u timmarka mogħdijiet għal mixjiet fl-inħawi. Fid-dawl tal-proġett ta’ l-ewwel Coastal Zone Management Plan ġie ppubblikat brochure illi jiddeskrivi fil-qosor l-għanijiet ta’ dan il-proġett. Dan il-brochure jiġi mqassam lill-pubbliku fil-futur qarib

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow