ĦIDMA BI SĦAB BEJN IL-GVERN U ORGANIZZAZZJONIJIET NON-GOVERNATTIVI DWAR L-AMBJENT
pr1236
22/08/2001
| Il-Ministru ghall-Ambjent, l-Onor. Francis Zammit Dimech flimkien mal-Ministru ghal Ghawdex, l-Onor. Giovanna Debono illum inawguraw pjan ghall-immaniggjar ta’ l-Inħawi Kostali tar-Ramla, mill-Fondazzjoni GAIA flimkien mal-Euro-Mediterranean Centre on Insular Coastal Dynamics. Il-Pjan kien approvat u ffirmat mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent. Hu fakkar li dan il-proġett hu ffinanzjat mill-Ministeru għall-Ambjent u l-EU Life Programme u appoġġjat mill-Bank of Valletta. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li okkażjoni bħal din turi li kwalunkwe ħidma bi sħab bejn il-Gvern u għaqdiet volontarji twassal għal riżultati pożittivi. Fakkar li fejn jidħol l-ambjent aktar ma jkunu l-għaqdiet li jaħdmu fi sħab mal-Gvern akbar huma l-possibiltajiet li nħarsu dak li għandna biex ngħadduh aħjar milli hu lil min għad irid jiġi warajna. Il-Ministru għall-Ambjent qal li pajjiżna hu wieħed b’popolazzjoni kbira għaċ-ċokon ta’ l-art li għandna. Qal li dan iwassal biex issir pressjoni biex kull roqgħa art li għandna tiġi żviluppata għall-bini, għall-industrja jew għat-turiżmu. Qal illi hu hawn fejn jidħol il-Gvern biex iżomm dak il-bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ħarsien ta’ l-ambjent bl-iskop li filwaqt li ma jinżammx l-iżvilupp anqas issir ħsara lill-ambjent.Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li r-Ramla l-Ħamra hi unika għal bosta raġunijiet. Qal li hi unika : | Estetikament; |
| ekoloġikament għaliex din hija l-akbar u l-aktar ekosistema importanti ta’ sand dunes li baqa’ fil-gżejjer | Maltin. Minħabba l-kobor tiegħu dan is-sit hu għani fl-ispeċi u fl-istabbilita’ ta’ l-ekosistema. Dan l-abitat jappoġġja numru kbir ta’ fauna u flora speċjalizzata li wħud minnhom huma endemiċi għall-gżejjer Maltin; Bħala post ta’ rikreazzjoni għall-Maltin u t-turisti. Il-Ministru għall-Ambjent fakkar li l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar kienet skedat is-sand dunes kollha kontra l-iżvilupp, inkluża r-Ramla l-Ħamra. Hu qal li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent ukoll implimenta miżuri ta’ konservazzjoni li kienu jinkludu t-tneħħija ta’ mobile kiosks mis-sand dunes għal car park aktar ’il fuq, it-tqegħid ta’ bollards u fencing madwar is-sand dunes biex titnaqqas il-ħsara lill-istess dunes u r-riallokazzjoni ta’ sport ta’ xatt il-baħar għal inħawi li huma inqas sensittivi ekoloġikalment. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li minkejja dawn l-isforzi ghadha qed issir hsara lis-sand dunes minn riklamazzjoni ta’ l-art fil-wied għal skopijiet agrikoli, mill-ġarr ta’ ramel biex jintuża fis-settur tal-kostruzzjoni u minn attivitajiet rikreattivi intensivi. Il-Ministru ghall-Ambjent qal li l-essenza ta’ l-izvilupp sostenibbli kienet li jinstab il-bilanċ bejn ir-rikreazzjoni u l-konservazzjoni. Hu qal li r-responsabbilta’ tal-konservazzjoni u l-protezzjoni ta’ l-ambjent ma kenitx biss tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent. Qal li dan kien sforz kollettiv li jiġbor fih lill-Gvern u lis-soċjeta’ ċivili kollha, ta’ quddiem fosthom l-għaqdiet volontarji. Huwa zied jghid illi kienet il-politika tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent li jaqsam ir-responsabbilta’ għall-ħarsien ta’ l-ambjent mal-NGOs. Hu qal li s-sena l-oħra tliet NGOs, Nature Trust, ECO u Birdlife kienu mgħejjuna finanzjarjament fil-ħidma tagħhom biex il-poplu jsir aktar konxju mill-ambjent. Minbarra hekk id-Dipartiment għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent jikkopera mal-NGOs fl-immaniġġjar ta’ siti ekoloġikament sensittivi, bħal Bajja tar-Ramla. Hu qal li l-GAIA kienet waħda mill-benefiċjarji ewlenin ta’ fondi pubbliċi fi ftehim ta’ l-immaniġġjar ta’ Għajn Tuffieħa u r-Ramla. Fakkar li sew il-Ministeru għall-Ambjent kif ukoll id-Dipartiment għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent huma konxji mir-responsabbilta’ u x-xogħol li l-Fondazzjoni GAIA daħlet għalihom biex tikkonserva r-Ramla l-Ħamra.Il-Ministru Francis Zammit Dimech ferah lill-Fondazzjoni GAIA talli rnexxielha tikseb fondi mil-Unjoni Ewropea taħt il-Programm LIFE għall-immaniġġjar aħjar tal-bajja tar-Ramla l-Ħamra. Hu qal li kien ċert li l-Fondazzjoni GAIA kienet se tutilizza l-fondi li akkwistat biex timmaniġġja aħjar dawn l-inħawi uniċi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN