WHITE PAPER DWAR LIGI GDIDA TAL-PULIZIJA
pr1231
21/08/2001
| Illum il-Ministeru ta` l-Intern ippublika White Paper dwar proposti tal-Gvern ghal ligi gdida dwar | il-Pulizija. F`dawn il-proposti tista' tghid li l-Ordinanza tal-1960 dwar il-Pulizija ta` Malta qed tigi riveduta mill-qiegh sabiex tallineja l-ligi Maltija ma' zviluppi li kien hemm f`dawn l-ahhar erbghin sena fil-glieda kontra il-kriminalita`, u kuxjenza gdida favur id-drittijiet tal-bniedem. Dawn il-proposti ghandhom jifthu it-triq ghal diskussjoni utili fuq is-suggett kif gara fil-kaz tal-White Paper dwar l-emendi ghall-Kodici Kriminali. Il-Gvern jistieden lill-pubbliku in generali u l-professjoni legali u l-ghaqdiet li jinteressahom is-suggett in partikolari, sabiex jibghatu l-kummenti u suggerimenti taghhom sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn, 24 ta` Settembru, 2001. Il-proposti ewlenin fil-qosor huma dawn: |
| 1. Se jitwaqqaf Bord tal-Pulizija kompost minn membri tal-pubbliku, li ma jkunux membri tal-Korp sabiex jircievu kull ilment dwar | l-agir tal-Pulizija. Huma jistghu wkoll jinvestigaw kaz anki minghajr ma jkollhom ilment; jistghu anki jircievu ilmenti minghand membri tal-Korp; ghandhom ukoll id-dritt illi jissorveljaw il-proceduri interni ta` dixxiplina fil-Korp; huma jaghmlu rakkomandazzjonijiet wara li jinvestigaw kull ilment; ihejju rapport annwali li jintabghat anki lill-Kamra tad-Deputati; |
| 2. Se jitwaqqaf Bord tan-Negozjati tal-Pulizija maghmul minn erba` membri ufficjali u | erba` membri mill-Assocjazzjoni tal-Pulizija, presedut minn Chairman indipendenti, li jiddiskutu l-kondizzjonijiet tax-xoghol tal-membri tal-Korp; f`kaz ta` nuqqas ta` qbil, il-kwestjoni tigi riferuta ghall-arbitragg bil-kelma finali f`idejn il-Kabinett. 3. Il-Ministru responsabbli mill-Pulizija ikun jista` jippubblika kodici ta` prattika dwar l-interrogazzjoni ta` persuni arrestati; l-ewwel kodici ta' dan it-tip qed jigi pubblikat fl-Abbozz mehmuz mal-White Paper; dan il-Kodici li kien gie pubblikat internament f`Marzu 1996, qed isir parti mil-ligi; 4. Persuni li huma vittmi ta` reati f`certi kazijiet fejn l-interess tal-gustizzja hekk jindika, jistghu jixhdu mhux fil-presenza tal-akkuzat izda permezz ta` trasmissjoni `live` minn post iehor . Dan se ighin l-iktar lil xhieda ta` eta` tenera, u xhieda ohra vulnerabbli bhal vittmi ta` stupru. |
| 5. Il-promozzjonijiet u reklutagg fil-Korp tal-Pulizija se jibdew isiru wara li Bord specjali presedut minn | ex-membru tal-Gudikatura jaghmel il-proposti tieghu; |
| 6. Il-proceduri ta` dixxiplina interni qed jigu regolati ahjar; f`certi kazijiet il-proceduri isiru quddiem ufficjal delegat | mill-Kummissarju tal-Pulizija fejn dan ta` l-ahhar ikun xhud jew beda' l-proceduri hu; barra minhekk kull kaz ta` dixxiplina - li ma jispiccax quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, ma jibqax jidher fir-`record` tal-Pulizija jekk fi zmien sentejn dak il-membru tal-Korp ma jikkommettix offiza ohra ta` dixxiplina; 7. Vittmi ta` reati, xhieda importanti u komplici li jikxfu lil shabhom jistghu jigu ammessi fi programmi specjali ta` protezzjoni ta` xhieda u vittmi; min jiddahhal f`dal-programm bl-approvazzjoni tal-Avukat Generali jgawdi minn certi beneficcji fosthom anki protezzjoni tal-identita` tieghu, f`certi kazijiet anki ghajnuna finanzjarja, u immunita` minn proceduri kontrih sakemm jinqata` l-kaz, li fih komplici li jghin lill-Pulizija jkollu jixhed. |
| 8. Qed jitnizzlu fil-ligi regoli generali dwar l-uzu ta` forza mill-Pulizija; dan | l-uzu jista` isir biss meta jkun assolutament necessarju ghall-protezzjoni tal-hajja u proprjeta` u kull uzu irid ikun proporzjonat bhala reazzjoni ghall-perikolu reali li jkun inqala`; 9. Qed jinholqu obbligi dettaljati mnizzla fil-ligi, applikati mill-ufficjal ta` kustodja, fil-kaz ta` persuni arrestati; dan l-ufficjal hu obbligat li jirrilaxxja persuna arrestata wara 48 siegha; u kull 12-il siegha jrid jiddiskuti mal-ufficjal investigatur jekk l-arrest ghandux ikompli; barra minhekk, irid jirraporta lill-Magistrat kull allegazzjoni li jaghmel detenut ta` trattament hazin. |
| 10. Kull sfilata ta` identifikazzjoni (`identification parade`) li ssir mill-Pulizija trid tigi sorveljata | mill-Magistrat; b`hekk tkun kredibbli iktar u r-rizultat taghha ikunu accettabli ahjar bhala prova mill-Qorti. 11. Il-Pulizija se jkollha il-poter hi stess li tnehhi kull periklu f`bini, anki minghajr il-kunsens tas-sid, sabiex tigi mharsa il-hajja tan-nies. 12. Fi zmien sena minn mindu tigi liberata persuna, kull ritratt, impronta digitali ta` dik il-persuna, irid jigi ritornat lill-individwu jew meqrud. 13. Kull kap ta' pulizija fuq bazi distrettwali irid jiltaqa' regolarment mal-Kunsilli Lokali ta` kull lokalita`; iridu jinzammu minuti ta` dawn il-laqghat sabiex ikun jista` jigi mkejjel il-progress bejn laqgha u ohra; 14. L-Akkademja tal-Pulizija qed titwaqqaf b`ligi; fi hdanha irid ikun hemm mahtura Kmandant, li jiehu hsieb l-amministrazzjoni u dixxiplina, u Direttur ta` Studji, li jiehu hsieb l-aspett akkademiku. 15. Ghall-ewwel darba, shubija fl-Assocjazjoni tal-Pulizija qed issir volontarja; fl-istess waqt jistghu jitwaqqfu biss zewg assocjazzjonijiet; wahda li tirraprezenta l-ufficjali minn grad ta` spettur `il fuq, u ohra ghar-ranks l-ohra kollha; kull assocjazzjoni biex tigi rikonoxxuta mill-Kummissarju irid ikollha 15 fil-mija tal-membi kollha tal-Korp bhala membri jew 50 fil-mija tal-kategorija li tirraprezenta. Hafna minn dawn il-proposti huma bazati fuq l-Abbozz Nru 40 li kien gie pubblikat f`Jannar 1998, li ma lahaqx ghadda mill-Parlament. Dan l-abbozz izda inzabar sabiex filwaqt li tnehhew xi provvedimenti; ez. li persuna tista` tinzamm arrestata iktar minn 48 siegha, jew li l-President ta` Malta ikun il-Kap tal-Korp, ma jkunx fih materji li jistghu jidhlu fil-Kodici Kriminali. L-ideja ta` Kodici ta` Pulizija giet skartata favur Att dwar il-Pulizija. Issa li il-Gvern lesta x-xoghol dwar l-emendi ghall-Kodici Kriminali u l-Abbozz bi 155 klawsola qed jigi diskuss fi stadju ta` Kumitat mill-Parlament wara li gie unanimament approvat fit-Tieni Qari, l-attenzjoni giet diretta lejn ligi gdida tal-Pulizija li ghandha tikkumplimenta l-emendi vasti u mportanti li qed isiru fil-Kodici Kriminali. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN