IL-MINISTRU TA' L-EDUKAZZJONI LOUIS GALEA JINDIRIZZA KONFERENZA TA' L-INTERNATIONAL TELECOMMUNICATIONS UNION
Minn analizi oggettivi tal-hidma li l-Gvern qed iwettaq biex l-attivita' kollha f'Malta tibda ssir bl-u\u tat-teknologija l-gdida, johrog car li Malta qed timplimenta vizjoni u strategija fost l-aktar avvanzati fil-grupp tal-pajjizi li qed jizviluppaw. Dan sostnieh David Mellor il-President tal-C&W Virtual Accademy wara li Dr Louis Galea, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, indirizza l-Konferenza li qed tiltaqa' f'Coventry, l-Ingliterra, bis-suggett Creating New Leaders for the e-Culture. Ghall-Konferenza qed jattendu madwar 180 partecipant minn 104 pajjizi fil-bicca l-kbira minnhom pajji\i li qed ji\viluppaw mill-kontinenti ta' l-Afrika, l-Asja u l-Ewropa tal-Lvant.
Louis Galea gie mistieden minn Hamadour Tourre', Direttur ta' l-ITU, biex jaghmel id-diskors principali fil-ftuh tal-Konferenza. Il-Konferenza, li ser iddum sa nhar il-Gimgha, 24 ta' Awissu 2001, qed tigi organizzati mill-International Telecommunications Academy u l-Cable & Wireless. Il-Ministru Louis Galea kien akkumpanjat mill-Kummissarju Gholi ghall-Malta, Dr George Bonello du Puis, u mis-Sur Anthony De Bono, Vice Chairman ta' l-ITU Advisory Board.
Il-Ministru Louis Galea fakkar fis-sehem attiv ta' Malta fil-hidma ta' l-ITU specjalment fil-Valletta Action Plan adottat mill-ITU f'Malta fil-1998. Huwa fisser il-vi\joni u l-istrategija tal-Gvern li sa mill-bidu nett haseb biex jittrasforma lil Malta f'pajjiz li jisfrutta f'kull attivita' t-teknologija elettronika ta' l-informatika u l-kommunikazzjoni. Louis Galea ta taghrif dwar x'qed jaghmel il-Gvern f'diversi oqsma fosthom fl-edukazzjoni, is-sahha, il-kummerc u s-servizz pubbliku.
Il-Ministru Louis Galea fisser li l-Gvern qed jahdem biex ir-rivoluzzjoni tal-kompjuters tigi sfruttata biex teqred il-faqar u l-injoranza, trazzan il-qasma digitali bejn dawk li jafu jhaddmu l-kompjuters u dawk li le, u taghmel mis-socjeta' Maltija wahda li hi mibnija fuq l-intelligenza u l-u\u shih tat-teknologija globali ta' l-informatika. Louis Galea temm jghid li b'hekk Malta tkun tista' taghti kontribut siewi fir-regjun Ewro-Mediterranju.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN