Left arrow Go Back

AWARD PRESTIGJUZ GHAL KANTANT MALTI FIL-KAZACHSTAN

pr1226
Date Icon 21/08/2001

Wara li bil-kanzunetta 'Nittama', kliem u muzika ta' Philip Vella, Enzo Gusman kien rebah il-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija f'Novembru tas-sena li ghaddiet, Enzo Gusman kiseb id-dritt li jirrapprezenta lil Malta fil-Festival Voice of Asia fil-Kazachstan.

Dan il-festival kien maqsum fuq 4 serati u fih ippartecipaw 17-il kantant minn 15-il pajjiz minn madwar id-dinja, fosthom il-Bulgarija, l-Fillandja, il-Jugoslavja, ir-Rumanija, l-Egittu, il-Malasja, Sri Lanka, Cipru u l-Filippini.

Enzo Guzman interpreta 3 kanzunetti, wahda kull serata: 'Nittama' u 'L-istess Diska' u Kantaliena' mir-repertorju personali tieghu u 'Caruso' mir-repertorju internazzjonali. It-tlett interpretazzjonijiet intlaqghu tajjeb hafna mill-pubbliku prezenti, kif ukoll mit-telespettaturi.

Fl-ahhar serata ta'dan il-Festival, jinghataw il-premjijiet, u l-ewwel premju ta' 10000 dollaru msejjah 'Gran Prix', mar ghand il-kantanta mill-Filippini Ladin Roxas.

Enzo Gusman rebah zewg premjijiet, l-aktar wiehed prestigjuz minnhom huwa "Award ghall-aktar Kantant Professjonali". Il-premju f'forma ta' xabla tal-fidda u tarka tradizzjonali gew ipprezentati lil Enzo Gusman mis-sindku ta' Almaty, il-belt kapitali tal-Kazachstan, fuq rakkomandazzjoni tal-kumitat organizzattiv u l-membri kollha tal-gurija internazzjonali.

Wara l-ispjegazzjoni ta' dan l-Award, Enzo Gusman stqarr li kien jinsab kburi ferm li rega' zamm isem Malta fuq nett u jhoss li din kienet konferma ohra tal-kwalitajiet tieghu u inkoronazzjoni ta' karriera ddedikata ghal muzika.

Barra Enzo Guzman, ha sehem ukoll Fabrizio Faniello li kien wiehed mill-mistiedna specjali ta' dan il-Festival. Fabrizio Faniello gie mistieden jattendi bhala guest ewlieni ghax is-sena li ghaddiet, hu kien ikklassifika fit-tieni post meta rraprezenta lil Malta f'dan il-Festival.

Fabrizio Faniello interpreta l-kanzunetti 'Show me Now', 'Hold on Me', 'Another Summer Night' u 'As long as you love me' fi tlieta mill-erba' serati tal-Festival. Hu kien milqghuh tajjeb ferm, sew mill pubbliku kif ukoll mill-membri kollha tal-media, l-aktar minhabba s-success tieghu s-sena li ghaddiet fil-Kazachstan u minhabba l-impenji internazzjonali li hu kellu matul din is-sena.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow