REVIŻJONI TA' SUSSIDJU TAL-KERA TA' POSTIJIET TAL-GVERN
pr1224
21/08/2001
Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jixtieq javża lil dawk il-kerrejja ta' postijiet tal-Gvern li din is-sena jmiss li ssirilhom reviżjoni tas-sussidju tal-kera, u li għad ma bagħtux id-dokumenti mitluba, sabiex jagħmlu dan minnufih fl-interess tagħhom stess. Bħalissa qed jintbagħtilhom l-Aħħar Avviż.
Jekk id-Dipartiment ma jirċevix id-dokumenti meħtieġa, ma jkollux triq oħra ħlief li jwaqqaf is-sussidju lil dawk li jkunu naqsu li jibgħatu d-dokumenti mitluba sa' l-1 ta' Settembru 2001, bil-konsegwenza li tibda' tiġi mitluba kera b'rati kummerċjali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN