Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD

pr1214
Date Icon 17/08/2001

Il-poplu kollu jiftakar meta tliet snin ilu l-Kap ta' l-Oppozizzjoni, dak inhar Prim Ministru, kien stqarr pubblikament li l-politika tieghu ta' Svizzera fil-Mediterran ghas-settur tal-Biedja kienet tikkonsisti principalment fit-tnehhija tal-levies ghas-settur agrikolu, minghajr ma tinghata ghajnuna finanzjarja ghat-tishih ta' l-istess settur.

Fi kliem iehor, skond dan il-pjan ta' Dr Alfred Sant, il-levies kellhom jispiccaw sa mhux izjed tard mis-sena 2008. Dan l-istess pjan kien se jwasssal ghall-qerda tal-biedja f'pajjizna.

Il-lum, tliet snin wara, il-bdiewa u r-rahhala qed jindunaw u qed jirrealizzaw illi l-Kap ta' l-Oppozizzjoni, bl-istqarrijiet tieghu qed jghid kontra dak li huwa stess kien iddecieda fit-28 ta' April 1998 dwar it-tnehhija tal-levies fir-rigward tas-settur tal-biedja, liema levies Dr. Sant kien sejhilhom u ddeskrivihom bhala taxxi zejda fuq il-poplu.

Meta kien ghadu Prim Ministru fit-28 ta'April 1998, Dr. Sant kien iddikjara li l-Gvern tieghu kien se jnehhi l-levies kif ukoll li kien se jnehhi kull forma ta' protezzjoni ghas-setturi kollha tal-biedja, fosthom is-setturi tat-tjur, tal-bajd, tal-laham, tal-halib u tal-hxejjex. Dan ifisser li bil-politika ta' Svizzera fil-Mediterran, pajjizna kien se jkollu importazzjoni bla razan ta' prodotti agrikoli bi prezzijiet tant baxxi li l-bdiewa u r-rahhala taghna ma jkunux jistghu jikkompetu maghhom. Din il-politika Socjalista allura kienet se tissarraf fil-qerda tal-biedja f'pajjizna.

Il-bdiewa u r-rahhala diga ghandhom toghma morra u qarsa tal-politika ta' Svizzera fil-Mediterran li, permezz taghha, il-Gvern precedenti kien:

· gholla b'izjed minn Lm7 kuljum il-kont tal-konsum ta' l-ilma f'kull razzett,

· cahhad lill-bdiewa, li esportaw il-patata, is-somma ta' madwar Lm25,000 biex jitghatta l-fjask u l-falliment finanzjarju ta' l-esportazzjoni tal-hxejjex lejn l-Ingilterra, u

· inqeghda b'weghdiet fiergha bhal dik ta' l-esportazzjoni fantazma tal-majjal, liema esportazzjoni kabbret u fgat il-produzzjoni lokali bla bzonn, u liema hekk imweghda esportazzjoni ta' madwar 10,000 majjal spiccat biss f'esportazzjoni ta' 43 majjal!

B'kuntrast ma' din il-politika dizastruza, il-politika tal-Gvern prezenti tahseb biex tinghata ghajnuna finanzjarja sabiex jigu meghluba l-izvantaggi li jezistu fis-settur agrikolu. Din il-politika allura tahseb biex pajjizna jibqa' jkollu provvista bnina u ta' kwalità ta' prodotti agrikoli bi prezzijiet adekwati ghall-konsumatur, kif ukoll biex il-bdiewa u r-rahhala jkollhom dhul xieraq u gust.

Nissiehbu jew le ma' l-Unjoni Ewropea, il-levies fuq prodotti agrikoli xorta jridu jitnehhew. Ghaldaqstant, il-politika tal-Gvern prezenti, filwaqt li tahseb ghat-tnehhija GRADWALI tal-levies fuq perjodu transitorju ta' snin, tahseb ukoll biex il-bdiewa u r-rahhala jigu mwiezna ghax-xoghol produttiv u ambjentali taghhom. Din il-politika se tigi mwettqa bil-ghan li dan is-settur hekk vitali ghal pajjizna jkompli jigi mtejjeb fil-kwalità u fl-efficjenza kif ukoll bl-iskop li l-istess settur tal-biedja jibqa' jigi mhaddem u msahhah b'mod sostenibbli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow