Left arrow Go Back

POLICY ĠDIDA DWAR L-INKLUŻJONI TA' STUDENTI B'DIŻABILITA'

pr1209
Date Icon 16/08/2001

Is-sistema ta' appoġġ speċjali għal-studenti b'dizabilita' se tinbidel minn waħda ta' Statementing ġeneralizzat għal waħda fejn jitfassal u jitħaddem Programm Edukattiv Individwalizzat (PEI). Il-policy il-ġdida ġiet maqbula fil-Kumitat Ministerjali dwar l-Edukazzjoni Inklussiva, li jippresjedi l-Ministru ta' l-Edukazzjoni nnifsu bil-parteċipazzjoni tar-rapprezentanti għolja tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', il-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni fl-Universita' u Għaqdiet Volontarji f'dan il-qasam. Il-Ministru Louis Galea dalgħodu fisser il-punti prinċipali tad-dokument ta' policy u introduċa lill-media l-iStatementing Moderating Panel il-ġdid u l-iStatementing Appeals Board li qed jinħoloq għall-ewwel darba.

Louis Galea sostna li d-dokument li ġie pubblikat dalgħodu huwa għodda oħra importanti biex intejbu l-inklużjoni ta' studenti b'diżabilita' fl-iskejjel regolari, biex fuq firxa ta' snin anke huma igawdu kemm jistgħu mill-benefiċċji tal-Kurrikulu Nazzjonali.

Il-bidliet li ħabbar il-Ministru Louis Galea huma:

1. Il-Programm Edukattiv Individwalizzat (PEI) għandu jkun servizz b'tifsila personali li jitfassal bil-parteċipazzjoni ta' l-istudent innifsu sa fejn hu possibbli, tal-ġenituri tiegħu u tal-għalliema fil-klassi u l-Kap ta' l-Iskola. Idejalment il-programm għandu jitfassal b'mod informali u bi ftehim. Fejn dan ma jintlaħaqx jiddeċiedi l-iStatementing Moderating Panel.

2. Il-PEI għandu jiġi deskritt f'dokument qasir u pratttiku li japplika għall-istudent partikolari li jispjega x'appoġġ ikollu bżonn l-istudent biex jieħu l-massimu mid-drittijiet tiegħu edukattivi taħt il-Kurrikulu Nazzjonali. B'hekk jitwettaq il-prinċipju li mhux kulħadd l-istess iżda kulħadd indaqs. Student jingħata l-appoġġ skond il-bżonn tiegħu.

3. Inbidel ir-rwol ta' NGO fil-proċess ta' Statementing. Qabel kien hemm NGO waħda fuq l-iStatementing Board bħala membru. Issa l-iStatementing Moderating Panel ma fih l-ebda NGO bħala membru, biex dawn ikun liberi li jgħinu l-istudent u l-ġenituri konċernati li jkunu membri jew klijenti tagħhom.

4. Inħolqu żewġ Statementing Moderating Panels biex jitħaffef ix-xogħol u jitnaqqas id-dewmien fl-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet.

5. Il-policy il-ġdida tistabilixxi li mhux isir statementing process darba fil-bidu u daqshekk. Il-policy titlob li l-PEI jiġi evalwat u rivedut:

     i. qabel student jibda l-edukazzjoni formali;

     ii. qabel jiġi biex jibda l-iskola sekondarja;

     iii. bi tħejjija għas-sevizzi għall-adulti, inkluż edukazzjoni post-sekondarja u vokazzjonali; u

     iv. kull meta l-interessi ta' l-istudent hekk jindikaw.

B'hekk it-transizzjoni ta' l-istudent minn fażi għall-oħra ta' l-edukazzjoni tiegħu tkun waħda maħsuba u ippjanata bil-parteċipazzjoni ta' min hu involut.

6. Inħolqot sistema biex meta facilitator jimrad jew ikun b'leave ta' emerġenza, ikun hemm min imur fil-klassi konċernata ħalli l-istudent ma jfallix skola.

Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni bħalissa għandha aktar minn 450 peruna jgħatu appoġ[ fil-klassijiet (facilitator), 72 minn dawn qed jagħtu is-servizz fi skejjel sekondarji. Bħalissa qed jingħata appoġ[ lil aktar minn 550 student b'xi bżonn speċjali. Id-Diviżjoni qed taħdem ukoll biex ikun hemm ftehim dwar programm ta' taħriġ li jaħseb għall-firxa wiesa' ta' servizzi edukattivi.

Il-Ministru Louis Galea qal li l-programm li ġie deċiż hu wieħed ambizzjuż, bil-ħsieb li jwassal għal servizz ta' kwalita' aħjar u li jgħin b'mod effettiv lill-istudenti konċernati jiżviluppaw il-potenzjal li jkollhom. Il Ministru qal li s-sistema edukattiv għad m'għandux ir-riżorsi umani u finanzjarji biex iwettaq f'daqqa il-miri li qed jistabilixxi l-programm; dan se jitwettaq fuq firxa ta' ħames snin pass pass mal-Kurrikulu Nazzjonali. Madankollu pass importanti li għandu jitwettaq b'urġenza huwa t-taħriġ u l-ħatra ta' Special Educational Needs Coordinators (SENCO's). Il-Ministru Louis Galea temm jgħid li, sew il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi kif ukoll il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, għandhom kontribut x'joffru lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex il-programm il-ġdid jitwettaq b'mod tajjeb.

Iċ-Chairperson ta' l-iStatementing Moderating Panel hu s-Sur Alred Zammit Montebello filwaqt li ċ-Chairperson ta' l-iStatementing Appeals Board huwa s-Sur Bernard Caruana.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow