STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAS-SAHHA RIGWARD AZZJONI INDUSTRIJALI MILL-MUMN FIC-CENTRU TAS-SAHHA TA’ RAHAL GDID
pr1207
14/08/2001
| B’ referenza ghall-azzjoni industrijali ordnata | mill-MUMN fic-Centru tas-Sahha ta’ Rahal Gdid li biha n-nurses gew ordnati jaghmlu waqfa ta’ siegha mix-xoghol bejn it- 8.00am u 9.00am minhabba illi l-arja kondizzjonata ma gietx minnufih installata sa issa , id-Dipartiment tas-Sahha jinforma lill-pubbliku illi: |
| a) Ma kien hemm l-ebda hsieb jew ftehim li tiddahhal | l-arja kondizzjonata fic-Centru tas-Sahha ta’ Rahal Gdid din is-sena minhabba li dan ic-Centru tas-Sahha din is-sena kellu jitwaqqa kollu sabiex jitkabbar u jigi modernizzat. Minhabba li ma kienx possibbli li jinstab post alternattiv biex jigi provdut servizz baziku f’Rahal Gdid waqt dan il-progett, sar tibdil fil-progett sabiex parti mic-Centru tkun tista tibqa’ tintuza waqt ix-xoghol ta’ rinovar. Fuq din il-bazi, id-Dipartiment tal-Kura Primarja, immedjatament haseb u ha passi biex jigu nstallati air-conditioners f’dik il-parti li ser tibqa tiffunzjona. Kien sar arrangement li sabiex il-process ta’ l-installazzjoni ta’ l-arja kondizzjonata jithaffef, ir-requisition tohrog b’mod dirett u din ghaddiet ghand is- sezzjoni tal-Inginerija fl-inqas zmien possibbli. Ragunijiet teknici ma ppermettewx li din tkun processata sa issa. Bhalissa ir-requisition qeghda fl- istadju li jintalbu l-offerti. |
| b) Dwar l-installazzjoni ta’ l-arja kondizzjonata | fic-Centri tas-Sahha l-ohra, bhalissa hemm tender li qed tigi gguddikata mid-Dipartimet tal- Kuntratti. Hawnhekk ukoll kien hemm xi dewmien minhabba ragunijiet teknici. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN