Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT

pr1205
Date Icon 14/08/2001

Il-Ministeru għall-Ambjent jixtieq jirreferi għall-istqarrija maħruġa mill-Għaqda Dilettanti tas-Senter u l-Gabjun, il-Moviment Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti u Kaċċaturi San Ubertu dwar li l-età ta' min japplika għal-licenzja tal-kaċċa titniżżel għal tmintax-il sena.

Il-Ministeru għall-Ambjent jixtieq jikkjarifika illi l-emenda biex l-età titniżżel hi parti minn liġi ġdida dwar il-Licenzji. Peress li din il-liġi għadha m'għaddietx mill-Parlament, il-Gvern ried li jintroduċi emenda fil-Liġi dwar l-Ambjent li għaddiet mill-istadju tal-Kumitat nhar it-Tnejn, 30 ta' Lulju. Meta fis-seduta ta' dakinhar il-Ministru għall-Ambjent talab li jintroduċi din l-emenda, l-Oppożizzjoni pprotestat u opponiet għall-introduzzjoni ta' l-emenda. Il-Gvern għalhekk, f'dawn iċ-ċirkostanzi, għażel li jħalli din l-emenda biex l-età ta' min japplika għal-liċenzja tal-kaċċa ssir 18-il sena, tidħol fl-Abbozz ta' Liġi dwar il-Licenzji li se jkun diskuss mill-Parlament meta dan jerga' jiltaqa' wara is-17 ta' Settembru.

Dan ifisser illi minħabba l-atteġġjament ta' l-Oppożizzjoni, din l-emenda ma tkunx daħlet fis-seħħ fis-17 ta' Settembru 2001, kif xtaq il-Gvern.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow