L-omicidju tal-bierah f'Ghawdex
Il-Ministru ghall-Gustizzja u Gvern Lokali, Austin Gatt, jesprimi s-soghba u l-hasda tieghu wara l-omicidju li sehh il-bierah fl-Gharb, Ghawdex, li wassal ghall-mewt ta' Gwardjan Lokali fuq il-qadi ta' dmirijietha.
Is-Sinjura Fortunata Spiteri, Gwardjana Nru. 53, kienet fuq xogholha fit-toroq ta' l-Gharb meta kienet attakkata b'daqqiet ta' sikkina li wara wasslu ghal mewtha.
Minhabba li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom fil-bidu taghhom, ghad m'hux stabbilit jekk dan il-qtil kienx konness ma' hidmet is-Sinjura Spiteri. Madankollu jidher car li fl-incident tal-bierah sehh qtil li hassar minn fuq ix-xoghol ufficjal pubbliku ezemplari li dejjem fittxet kif l-ahjar taqdi lill-pubbliku.
B'dan il-messagg, il-Ministru Austin Gatt jixtieq jawgura kull kuragg lill-kollegi kollha tas-Sinjura Spiteri li kuljum johorgu fuq il-lant tax-xoghol u ma jafux ma xhiex ser jiltaqgħu. Ix-xoghol taghhom hu apprezzat minn dawk kollha li jobdu l-ligi u li jehtiegu min jaqbez ghalihom ma' min il-ligi jiksirha kif irid.
Il-Ministru Austin Gatt jibghat ukoll kondoljanzi sincieri lill-ulied u l-familja tas-Sinjura Spiteri.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN