STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI
pr1199
10/08/2001
| F'dawn l-ahhar granet uhud mill-membri | tal-Kummissjoni Nazzjonali Ghar-Riforma tal- Welfare ghazlu li jghaddu kummenti fil-pubbliku dwar id-diskussjonijiet li qed isiru fi hdan l-istess Kummissjoni. I1-General Workers Union sahansitra ghazlet li tippubblika rapport li jikkritika dokument mressaq mic-Chairman tal-Kummissjoni. Skond l-istess Chairman dan id-dokument kien imressaq bhala Working Document biex jghin lill-Kummissjoni fid-diskussjonijiet li ghandhom iwasslu ghar-rakkomandazzjonijiet finali. |
| I1-Gvern ifakkar li l-Kummissjoni kienet twaqqfet | biex issir evalwazzjoni serja tas-sistema tal-welfare f’Malta bl-iskop li niggarantixxu li din tibqa sostenibbli fis-snin li gejjin. L-istudji kollha juru li jekk nibqghu cassi quddiem l-isfidi ta' pajjizna, ir-rizultat ahhari jkun li fuq medda ta' snin ibati min hu l-aktar dghajef. Il-mira, ghalhekk, kienet u tibqa dik li naghmlu dak kollu li hu necessarju biex insahhu s-sisien tas-sistema tal-welfare u mhux inhalluha tiddghajef kif ser jigri, jekk naghtu kaz biss ta' dawk li kapaci jikkritikaw minghajr ma joffru ebda soluzzjoni jew proposta konkreta. |
| I1-Gvern qieghed attent hafna li juza l-akbar | prudenza fil-konfront tad-diskussjonijiet li ghaddejjin fil-Kummissjoni. Kien proprju ghalhekk li sal-lum ma kien hemm ebda reazzjoni ghal dak li qieghed ikun diskuss. Wara kollox ghada ma tressqet ebda proposta lill-Gvern biex tkun ikkunsidrata minnu. |
| Ir-rapprezentanti tal-Gvern fuq il-Kummissjoni | qeghdin jaghtu l-kontribut kif mistenni minnhom. Xoghlhom hu li, flimkien mal-membri l-ohra, jistabbilixxu l-fatti b'mod xjentifiku u li jaraw li l-ezercizzji li jsiru jkunu komprensivi, inkluz il-fatt li l-hlas tal-bolla minn kull persuna tkopri d-drittijiet ghall-beneficcji kontributorji, kif ukoll ghall-beneficcji kollha marbuta mas-servizzi tas-sahha. |
| I1-Gvern jittama li l-Kummissjoni tkompli bix-xoghol | taghha li ghandu jwassal ghal rapport finali b'rakkomandazzjonijiet konkreti biex pajjizna jiggarantixxi s-sostenibilita’ tal-qasam tal-welfare ghall-generazzjonijiet futuri ta' pajjizna. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN