Left arrow Go Back

MIZURI MILL-MINISTERU GHAT-TURIZMU BI THEJJIJA GHAS-SISTEMA TAL-ONE STOP SHOP

pr1186
Date Icon 08/08/2001

Fuq l-agenda tal-Parlament hemm ghad-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari, Abbozz ta’ Ligi dwar il-Licenzji tal-Kummerc li, fost hwejjeg ohra, jahseb ghat-twaqqif ta’ sistema ta’ One Stop Shop, u ghal mod aktar efficjenti kif awtoritajiet, bhall-Awtorita’ tat-Turizmu, jipprocessaw talbiet u jgeddu licenzji ta’ stabbilimenti relatati ma’ negozju fil-qasam rispettiv taghhom.

Hi t-tama tal-Gvern li l-ligi tghaddi mill-istadji kollha sa’ tmiem is-sena sabiex tkun tista’ tidhol fis-sehh b’effett mill-1 ta’ Jannar 2002. Fost l-oqsma li l-aktar igawdu mill-mizuri l-godda hemm dak tat-turizmu. Mis-sena d-diehla l-Awtorita’ tat-Turizmu ser tiehu hsieb setturi li s’issa ghadhom amministrati mill-Pulizija, bhal per ezempju l-hwienet tax-xorb.

Bil-ghan li jithaffef l-ipprocessar ta’ applikazzjonijiet ghal progetti fis-settur tat-turizmu, l-Ministeru tat-Turizmu wasal fi ftehim mal-Awtorita’ tal-Ippjanar u kien ghalhekk li twaqqaf kumitat maghmul minn rapprezentanti tal-Ministeru, tal-Awtorita’ tat-Turizmu u tal-Awtorita’ tal-Ippjanar; u tfasslet procedura ghal ta’ l-apposta.

Biex ikompli jghin lil min ghandu negozji fis-settur tat-turizmu u fl-istess hin jizgura aktar dixxiplina u ordni, minn Awissu sa’ Ottubru 2001, il-Ministeru ser ihaddem skema biex negozji li bhalissa qed joperaw minghajr licenzja sew minhabba xi nuqqasijiet ta’ l-amministrazzjoni, kif ukoll tort ta’ xi nuqqas taghhom, jikkonformaw mal-ligi.

Minn stharrig li sar jirrizulta li hemm ghadd ta’ postijiet miftuhin ghan-negozju li mhumiex licenzjati biex joperaw, uhud minnhom sa’ minn erba’, hames snin ilu. Dan minhabba li wehlu fil-makna tal-burokrazija kif ukoll minhabba nuqqasijiet da parti taghhom stess.

Biex jigi zgurat li ma jkunx hemm infurzar selettiv, kif ukoll li kulhadd jigi mghejjun u jiehu dak li jisthoqqlu, il-Ministeru qed jistieden lil kull min sab ruhu jew ghandu diffikultajiet fil-ksib ta’ licenzji tal-kummerc, biex jirrikorri fl-Ufficcju tad-Direttur tat-Turizmu (Tel No: 381395-7 Ext 205) bil-ghan li jigu zblukkati kwalunkwe ntoppi burokratici jew tigi regolarizzata t-talba ta’ min ghandu applikazzjonijiet fi stadju ta’ processar.

Dan l-ahhar, rapprezentanti tal-Ministeru u tal-Awtorita’ tat-Turizmu ltaqghu ma’ rapprezentanti tal-Awtorita’ tal-Ippjanar, tal-Pulizija, tad-Dipartimenti tas-Sahha u tad-Drenagg, bil-ghan li applikazzjonijiet fis-settur tat-turizmu jinghataw priorita’ fl-ipprocessar.

Id-Dipartimenti kollha qablu li l-applikazzjonijiet jigu processati b’aktar heffa.

Din l-iskema ser tibqa’ miftuha sal-ahhar ta’ Ottubru 2001. L-ewwel precedenza tinghata lill-applikazzjonijiet li ghal xi raguni jkunu wehlu fil-makna burokratika. Imbaghad jigu mghejjuna dawk li l-processar taghhom ikun dam tort ta’ nuqqas tal-applikant.

Fi tmiem Novembru 2001, il-Pulizija se tigi mitluba tordna l-gheluq ta’ dawk in-negozji li ma jkunux ikkonformaw ruhhom mal-ligijiet u mar-regolamenti.

Ta’ min ifakkar ukoll li, skond l-Att XII tal-1999, hemm provdut ghal multi kbar ghal min jinqabad jikser il-ligijiet.

B’hekk, kif l-Awtorita’ tat-Turizmu tassumi responsabbilta’ ta’ l-amministrazzjoni tal-licenzjar tal-intrapizi u stabbilimenti fil-qasam tat-turizmu, tigi fdata b’inventarju shih tal-operazzjonijiet u l-operaturi fis-settur

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow