PUNTI MINN KONFERENZA STAMPA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI, L-ONOR EDWIN VASSALLO WAQT ŻJARA LILL-KOMUNITÀ KUMMERĊJALI F'BIRKIRKARA - 7 ta' Awwissu 2001
A.Negozji ġodda
Nisimgħu lil bosta jgħidu tagħhom dwar kif sejjer in-negozju f'pajjiżna. Kulħadd għandu d-dritt tiegħu iżda ma' l-opinjonijiet għandna wkoll ċerti fatti li nemmen li ma nistgħux naħarbu minnhom.
Indikatur importanti li jixhed l-istabbilita' ekonomika u l-fiduċja tal-poplu fil-mod ta' kif qed tiżviluppa l-ekonomija f'pajjiżna huwa n-numru tan-negozji ġodda (start-ups) matul is-snin.
Sena - Numru ta' liċenzji ġodda tan-negozji
1996 - 542
1997 - 418
1998 - 388
1999 - 522
2000 - 536
2001 - 331 (minn Jannar sa Ġunju) filwaqt li f'dan il-perjodu tas-sena ma' dawn il-liċenzji ġodda nħarġu wkoll 173 "transfer" f'liċenzji eżistenti.
Il-Komunita' fejn l-iżjed inħarġu liċenzji ġodda tan-negozju din is-sena hija Hal-Qormi, fejn inħarġu 42 liċenzja ġdida tan-negozju. Wara din il-lokalita', insibu liz-Zejtun fejn inħarġu 36 liċenzja, f'San Ġiljan inħarġu 35 u f'Birkirkara inħarġu 32 liċenzja. F'Għawdex inħarġu 30 liċenzja ġdida.
L-ammont ta' "tranfers" ta' liċenzji huwa wkoll numru sinifikanti għaliex f'ħafna każijiet sa llum, dan għadu jinvolvi proċess sħiħ li jixbaħ ħafna l-proċess biex tinħareġ liċenzja ġdida. Għalhekk minkejja li "transfer" tfisser bidla jew fil-ġeneru jew fis-sid ta' negozju, 173 transfer ifisser li flimkien mat-331 liċenzja ġdida, kellna ammont sostanzjali ta' attivitajiet u inizjattivi ġodda li daħlu fis-suq.
Sa l-aħħar ta' Ġunju li għadda l-Pulizija, li sal-lum għadhom inkarigati mill-ħruġ tal-liċenzji tan-negozji, għandhom 549 talba għal-liċenzji pendenti, fosthom hemm 164 talba għal transfer tal-liċenzja u 385 talba għal-liċenzja ġdida. Għal Għawdex ġie rrapportat li għand il-Pulizija hemm 84 talba pendenti għal liċenzji fosthom 36 talba għal bidla tal-ġeneru jew sid (talba għal Transfer fil-liċenzja) filwaqt li hemm 48 talba għall-liċenzja ġdida tan-negozju.
Jekk nagħtu daqqa t'għajn lejn dawn l-applikazzjonijiet pendenti nsibu li ġejjin minn dawn il-lokalitajiet:
B.Numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal kull lokalita'
St.Julians - 64
Qormi - 35
Valletta - 25
Hamrun - 24
Sliema - 23
B'Kara - 23
Mosta - 20
Paola - 19
M'Skala - 17
St.Pauls'Bay - 17
Gżira - 15
San Gwann - 13
Msida - 13
Marsa - 12
Rabat, Żejtun - 11
Żebbuġ - 10
B'Buġia, Luqa, Zabbar - 9
Mellieha, St.Venera, Zurrieq - 8
Buġibba, Naxxar, Tarxien - 7
Qawra - 6
Pietà - 5
Kalkara, Swieqi, Qrendi, Vittoriosa - 4
Floriana, Għargħur, Gudja, Senglea, Mqabba - 3
Burmarrad, Ta'Xbiex - 2
Dingli, Għaxaq, St.Luċija Lija, Hal Far, Ta' Qali, Mġarr, Paceville, Safi, St. Andrew's, G'Manġia - 1
Għawdex
Victoria - 25
Xlendi - 10
Marsalforn - 9
Għajnsielem, Xagħra - 5
Nadur - 4
Qala, Xewkija - 3
Sannat - 2
Għarb, Ta'Dbieġi, Munxar, Kerċem, Qala, Żebbuġ - 1
Hawkers (f'Għawdex) - 10
C.Burokrazija
Meta tistħarreġ is-sitwazzjoni preżenti ta' dawn it-talbiet pendenti għal-liċenzji ssib li għadhom ma nħarġux għaliex l-applikanti għad għandhom pendenzi ma' wieħed jew iktar mid-Dipartimenti w Entitajiet li huma nvoluti fil-ħruġ tal-liċenzji. Jista' jkun li jkollok talba għall-permess li tkun għadha qed tistenna l-approvazzjoni ta' iżjed minn Dipartiment wieħed. Dan il-proċess jixhed kemm fil-preżent is-sistema hija kkomplikata u ddewwem permess milli joħroġ.
Il-lista ta' l-Entitajiet u Dipartimenti li għadhom qegħdin iżommu permessi milli joħorġu għaliex jista' jkun li skond huma l-applikant għadu mhux konformi ma' xi talba li huma jkunu għamlulu qiegħda tkun ippubblikata. Lil dawn id-Dipartimenti qegħdin ngħidulhom ukoll biex ikunu effiċjenti biex il-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji jkun imħaffef.
Awtoritajiet, Dipartiment, Entitajiet - Numru ta' każijiet jistennew ħidma konnessa ma' applikazzjonijiet li saru minn dawn l-entitajiet
Planning Authority - 156
Director of Trade - 9
Director of Social Housing - 46
Commissioner of Lands - 9
Chief Government Medical Officer - 241
Fire Brigade - 125
Hotels & Catering Establishment Board - 37
Drainage Department - 198
Agriculture Department - 3
Occupational Health & Safety Unit - 65
Director Of Environment - 23
Commissioner of Inland revenue - 1
Water Services Corporation - 1
Ministry of Tourism - 13
Director of Fisheries - 6
M.D.C. - 8
Director of Museums - 5
Officer in charge of Wireless Telegraphy - 1
D.Simplifikazzjoni ta' proċeduri-tnaqqis ta' burokrazija
Il-liġi ġdida li ser tirregola l-ħruġ tal-liċenzji ġodda tan-negozju hija mistennija li tnaqqas ħafna l-burokrazjia li jridu jgħaddu minnha dawk kollha li ser japplikaw għal negozju ġdid, jew ikunu qed jitolbu bidla kemm tas-sid kif ukoll tal-ġeneru tan-negozju. Nipprevedi li fil-ġejjieni, in-numru ta' bidliet mitluba kemm tas-sidien kif ukoll tal-ġeneru tan-negozju ser ikompli jiżdied.
E.Diversifikazzjoni
llum id-diversifikazzjoni fin-negozju saret rejalta' u l-mod ta' kif kontinwament qiegħed jitbiddel l-infieq u l-konsum jixhed l-importanza ta' bżonn ta' simplifikażżjoni tal-proċess ta' applikażżjoni u trasferiment ta' negozju biex ilaħħaq u jikkumplimenta it-tibdil fil-pattern tal-konsum. Filwaqt li ċertu setturi tradizzjonalment kienu jieħdu l-akbar sehem min-nefqa tal-familja, kif jidher li kien is-settur tal-bejgħ ta' l-ikel u x-xorb mis-supermarkets u l-ħwienet tal-merċa, setturi oħra bħal dawk tad-divertiment kif ukoll it-trasport u l-komunikazzjoni qegħdin iżidu fl-importanza taggħom.
Distribution of Household Consumption at Current Prices
| 1988 | 1998 | 1999 | 2000* | |
| Food and Beverages | 35.3% | 25.1% | 24.3% | 23.0% |
| Clothing and Footwear | 8.1% | 6.8% | 6.4% | 6.1% |
| Rent, Fuel and Power | 5.8% | 5.4% | 5.5% | 5.5% |
| Furniture and Household Equipment | 8.8% | 8.8% | 8.8% | 8.7% |
| Medical and Health | 3.6% | 3.5% | 3.6% | 3.7% |
| Tobacco | 2.9% | 3.0% | 2.8% | 2.9% |
| Transport and Communication | 16.3% | 17.5% | 18.7% | 20.1% |
| Recreation, Entertainment, Education etc | 19.2% | 30.1% | 30.1% | 30.0% |
Source: National Accounts of the Maltese Islands
Dan kollu jixhed ukoll li bil-mod ta' kif qiegħed jiddiversifika s-suq u n-numru ta' negozji ġodda qed jiżdied, il-kompetizzjoni qed issir iżjed rejali. Għalhekk mill-kummenti li nisimgħu kull meta nżuru dawn il-ħwienet nista' ngħid li l-akbar prejokkupazzjoni għal sid il-ħanut hija:
a. Il-kompetizzjoni li qed tiżdied .
b. Il-burokrazija li qed tfixkel lin-negozju milli jkompli jespandi
c. Il-problema tal-parking.
Minkejja dan wieħed irid jinnota dawn il-fatturi pozittiviĠ
LM 5.2 miljun żjieda fin-nefqa tal-Konsumatur fl-ewwel tlett xhur tas-sena meta mqabbel ma'l-istess perjodu s-sena ta' qabel.
4.5 % żjieda fil-bejgħ tas-settur bl-ingrossa u bl-imnut fl-ewwel tlett xhur tas-sena meta mqabbel ma'l-istess perjodu s-sena ta' qabel.
4.6%. żjieda fis-settur privat tas-servizzi fl-ewwel tlett xhur tas-sena meta mqabbel ma'l-istess perjodu s-sena ta' qabel.
222 żieda fl-impjiegi fis-settur tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut sas-sena li spiċċat f'Marzu, 2001 fuq l-istess perjodu tas-sena ta' qabel.
1057 żieda fl-impjiegi fis-settur tas-servizzi privati sas-sena li spiċċat f'Marzu, 2001 fuq l-istess perjodu tas-sena ta' qabel.
Dan kollu jixhed li għandna suq li qed jikber. Tkabbir li jġib miegħu żieda fil- kompetizzjoni, fin-nefqa tal-konsumatur, fin-numru ta' l-operaturi kif ukoll fin-numru ta' l-imjiegi.
Għalhekk il-problemi li għandna fis-suq ma humiex kawża tan-nuqqas ta' negozju b'mod ġenerali iżda li l-operaturi f'dan is-settur qegħdin jagħrfu l-piżijiet ta' bidliet li l-kompetizzjoni f'suq aktar ħieles fil-fatt iġġib magħha.
F'dan is-settur qegħdin naraw żjieda fl-operaturi u l-impjegati tagħhom dovut ukoll għat-tneħħija tal-levies u restrizzjonijiet oħrajn. Huwa fatt li għandna wkoll tendenza li ħafna minn dawn l-operaturi jridu jkabbru n-negozju tagħhom.
Dan huwa settur li bil-fatti qed jikber. L-istatistika li wrejt tixhed il-fiduċja sħiħa fil-mod ta' kif qed tiżviluppa l-ekonomija f'pajjiżna.
Hruġ ta' liċenzji ġodda tan-negozju u trasferimenti ta' liċenzji bejn 1 ta' Jannar u 30 ta' Ġunju 2001
Lokalita - Liċenzji ġodda - Trasferimenti
Valletta - 10 - 11
Qormi - 4 - 29
Paola - 28 - 28
Cospicua - 2 - 15
Zabbar - 10 - Nil
Zejtun - 36 - 10
Zurrieq - 93
Sliema - 11 - 12
Msida - 10 - 3
St. Julians - 35 - 19
Hamrun - 31 - 11
Rabat - 11 - 8
Birkirkara - 32 - 22
Naxxar - 9 - Nil
Mosta - 14 - 1
Qawra - 11 - 6
Gozo - 30 - 15
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN