STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI CIVILI
pr1170
03/08/2001
Matul il-lejl li għadda, għal ħabta tas-1.30 ta' filgħodu, tfaċċaw nirien fil-Laundry Room tal-Lukanda San Lawrenz, f'Għawdex.
Għal xi raġuni mhux magħrufa, kien biss nofs siegħa wara, li ssejħet l-għajnuna tal-Fire Fighting Section ta' Għawdex, li waslet fuq il-post f'hin ta' għaxar minuti. Ittieħdet immedjatament kull prekawzjoni biex in-nar ma jinfirixx, u biex ma jkunx hemm periklu għar-residenti.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jiddeplora l-aġir ta' min kien responsabbli fil-Lukanda li ma sejjahx għall-għajnuna tal-Fire Fighting Section minn meta daqqet l-alarm tal-Lukanda.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN