Left arrow Mur Lura

RIFORMI F'DIVERSI SWALI FL-ISPTAR SAN LUQA BI TĦEJJIJA GĦALL-ISPTAR IL-ĠDID

pr1167
Date Icon 03/08/2001

Bħalissa qegħdin jitwettqu riformi f'diversi swali fl-isptar San Luqa bħala preparamenti għal tmexxija ġdida fl-Isptar il-Ġdid f'Tal-Qroqq. Dawn ir-riformi għandhon jgħinu biex titnaqqas it-trawma li bidla minn sptar għall-ieħor se ġġib magħha qal il-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara.

F'dawn il-ġimgħat inbeda xogħol f'diversi swali f'San Luqa biex in-numru ta' sodod fis-swali jkun viċin dak li se jkun fl-Isptar il-Ġdid. Fis-sala ta' l-ENT, in-numru ta' sodod se jiġi ridott minn 33 għal 25 u hekk ikun aktar viċin it-18-il sodda ppjanati għall din is-sala fl-Isptar il-Ġdid.

Se jispiċċaw il-każi mediċi pedjatriċi minn Wonderland biex hekk fl-isptar San Luqa se jkollna 37 sodda għall-każi mediċi ta' pedjatrija. Dan hu l-istess numru li se jkun hemm fl-isptar il-ġdid.

Is-16-il pazjenti fil-General Dependency Unit se jiġu trasferiti f'Wonderland biex flimkien mat-8 sodod li hemm fil-Unit Sir Temi Zammit se jkollna total ta' 24 sodda għall-mard infettiv, l-istess bħalma hu ppjanat fl-Isptar il-Ġdid.

Permezz ta' dan il-proċess l-amministrazzjoni ta' dawn is-swali se tkun f'pożizzjoni li tevalwa sistemi ta' tmexxija li jridu jiġu applikati fl-isptar il-ġdid. Id-Dipartiment tas-Saħħa ilu snin impenjat biex ikun jista' jintroduċi sistemi ġodda ta' amministrazzjoni fl-isptar il-ġdid. Dan huwa l-ewwel pass prattiku f'dan il-proċess. Mhux hekk biss imma l-Gvern diġà ħa d-deċiżjoni li jġib esperti barranin biex jagħtu pariri lill-Gvern dwar l-emigrazzjoni ta' pazjenti u faċilitajiet mill-isptar San Luqa għall-Isptar il-Ġdid f' Tal-Qroqq tenna l-Ministru Deguara.

Dan iċ-ċaqliq ta' sodod se jippermetti li jkollna spazju fl-isptar San Luqa li jkun jista' jilqa' fih pazjenti mid-diversi swali li se jingħataw dehra ġdida. L-ewwel fost dawn hija l-M1. Ix-xogħol f'din is-sala ser iservi wkoll bħala mudell biex jiġi stmat il-perjodu meħtieġ biex tingħata dehra ġdida lil għaxar swali oħra. Din il-ħidma hija prova ta' dak li dejjem saħaq fuqu l-Gvern li minkejja l-bini ta' l-Isptar il-Ġdid se jkompli għaddej ix-xogħol ta' titjib fl-isptar San Luqa temm jgħid il-Ministru

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow