ESPERJENZA TA' XOGHOL GHALL-ISTUDENTI
| Ghar-raba' sena konsekuttiva grupp ta' 35 student | tar-raba' u l-hames sena mill-iskola sekondarja tas-subien Lorenzo Gafa' hadu sehem f'kors ta' esperjenza fuq post tax-xoghol fit-Training and Development Unit tal-Malta Drydocks (MDD). |
| Dan huwa parti mill-ftehim ta' sponsorship | iffirmat f'Novembru ta' l-1997 bejn l-iskola u l-MDD. Il-Kors kien ta' hames gimghat, mit-Tnejn 2 ta' Lulju sal-Gimgha 3 ta' Awissu 2001. Matul il-Kors, l-istudenti kellhom lezzjonijiet fuq l-etika u s-sigurta' fuq il-post tax-xoghol u sessjonijiet prattici ta' taghlim f'dawn l-isnajja’: Electrical, Sheet Metal, Bench Fitting, Welding, Lathe Work, Pipe Fitting, Aluminium Work u Technical Design. L-istudenti inghataw ukoll remunerazzjoni ta' Lm 12 fil-gimgha bhala parti mill-ftehim. |
| L-iskola kienet inkwadrat il-proposta ghal dan | il-ftehim b'dawn il-kunsiderazzjonijiet: |
L-istudenti gejjin kollha mill-inhawi tal-Kottonera;
Hafna mill-genituri jew qraba ta' l-istudenti huma haddiema tat-tarzna;
Investiment min-naha tat-Tarzna fl-edukazzjoni ta' dawn l-istudenti jista' jkun ta' gid ghall-istess tarzna meta whud minn dawn l-istudenti 'l quddiem jidhlu jahdmu fiha;
Din l-inizjattiva sseddaq l-image tal-hidma tat-Tarzna ta' Malta ghaliex hija xhieda ta' l-impenn taghha li tikkontribwixxi b'mod konkret ghall-I\vilupp socjo-edukattiv tal-Kottonera.Dan il-ftehim ta' hames snin sponsorship mal-MDD, minbarra li huwa ta' beneficcju edukattiv kbir ghall-istudenti, u ghall-iskola, irnexxielu johloq holqa tangibbli ta' kooperazzjoni bejn l-iskola u l-industrija u kien ta' ezempju ghal inizjattivi simili minn skejjel sekondarji u industriji ohra. Barra minn hekk, anticipa wiehed mit-targets ewlenin tal-Pjan Strategiku ghat-twettieq tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali, dik li tqarreb l-iSkejjel lejn id-Dinja tax-Xoghol.
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea, fl-gheluq il-kors qal li dan hu t-tip ta' kollaborazzjoni li ghandhu jkun hemm bejn l-iskejjel u l-industrija, tishib li joffri vantaggi ghaz-zewg nahhat. Il-Ministru heggeg lill-istudenti li ghadhom kemm temmew dan il-Kors biex dejjem ikomplu jfittxu opportunitajiet biex jitharrgu u jizviluppaw is-sengha taghhom. Il-Ministru semma in-numru kbir ta' korsijiet li qed joffri l-Kullegg Malti ghall-Arti Xjenza u Teknologija bhala ezempju ta' kif wiehed jista' jkompli jitharreg mhux biss ghal dawk li ghadhom kif temmew il-livell sekondarju i\da wkoll ghal dawk kollha li jew qedin jahdmu jew inkella jixtiequ jibdew jahdmu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN