SKOLA SAJF 2001 - DIFFERENTI IMMA HBIEB
Il-Ministru ta' L-Edukazzjoni Louis Galea, akkumpanjat minn ufficjali tal-Ministeru u d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, zar xi centri li waqt ix-xhur tas-sajf qed jilqghu fihom studenti bejn ir-raba' u s-sitt sena ta' l-iskola primarja fil-programm Skola Sajf.
Din is-sena wkoll, Skola Sajf fethet il-bibien taghha ghal studenti bi bzonnijiet specjali. |ewg centri f'Malta u iehor f'Ghawdex qed jilqghu fihom lil dawn l-istudenti.
Dawn l-iskejjel huma:
· Helen Keller - Qrendi
· San Miguel Febres Cordero - St. Andrews
· Prof. G. Aquilina Special Unit - Sannat, Ghawdex
Il-Ministru Galea zar l-iskola ta' San Miguel. F'dawn l-iskejjel, studenti bi bzonnijiet specjali qed ikollhom attivitajiet edukattivi, kreattivi u sportivi organizzati apposta ghalihom.
Barra minn hekk, fic-Centri ta' Skola Sajf qed jattendu wkoll 80 tifel u tifla bi bzonnijiet specjali.
Klabb Sajf
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni zar l-iskola Primarja Salvinu Spiteri Hamrun fejn qed isir wiehed mill-programmi ta' Klabb Sajf. Dan il-programm hu mmirat ghal studenti tat-tieni sena li kienu jircievu edukazzjoni kumplimentari. Dawn jinghataw tahrig fil-qari u komunikazzjoni kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliz. Dan isir permezz ta' lezzjonijiet animati bi drama, role plays u l-holqien ta' kotba mit-tfal ghat-tfal. Ta' interess huma l-laqghat ghall-gentiuri ta' dawn it-tfal fejn l-istess genituri jinghataw tahrig biex ikunu jistghu jghinu aktar lill-uliedhom jimxu l-quddiem fl-iskola.
Waqt din iz-zjara, il-Ministru Louis Galea kien ipprezentat b'numru ta' kotba, cassettes u materjal awdjo-viziv iehor biex jintuza mit-tfal. Dan l-apparat gie moghti mill-H.S.B.C Bank u mid-ditta Weetabix, rapprezentati f'Malta minn Paolo Bonnici Ltd. tal-Marsa.
Skola Sajf Animal Awareness Day
Il-Ministru zar ukoll l-iskola Primarja Dun Gorg Preca, Hamrun. Minn din is-sena, l-ewwel Gimgha t'Awissu giet iddikjarata bhala Animal Awareness Day. Ghalhekk fl-iskejjel kollha qed jigu organizzati attivitajiet b'rabta ma' din it-tema. Minn din l-iskola sar kollegament dirett ma' Radju RTK fejn is-semmiegha setghu jkunu jafu x'qed isir f'din l-iskola. Kien prezenti wkoll veterinarju li wiegeb il-mistoqsijiet tat-tfal dwar l-annimali. Mistiedna specjali kienet Ms. Andrea Cassar, rebbieha tal-Premju ECO.
Barra minn hekk, il-Ministru Galea zar diversi klassijiet fejn seta' jara xi xoghol kreattiv ta' l-istudenti.
Skola Sajf 2001
Din hi s-sitt sena ta' Skola Sajf. Din is-sena, Skola Sajf bdiet fit-12 ta' Lulju u tibqa' sejra sat-12 ta' Settembru. F'Malta hawn 54 centru u 11 f'Ghawdex. Fihom qed jattendu mal-4000 student li jattendu l-klassijiet tar-raba', il-hames u s-sitt sena tal-primarja. Dawn it-tfal huma taht il-harsien ta' studenti universitarji. Kull centru hu mmexxi minn ko-ordinatur.
Programmi Specjali
Bhala parti minn Skola Sajf, din is-sena qed jigu organizzati diversi programmi specjali:
A. Programmi Socjo-Kulturali
· Thinking skills
· Diskussjonijiet mill-Agenzija Sedqa
· Communication Therapy
· Animal Rights Awareness
· Nature Trust
· Dental Hygiene
· Health Promotion
· Healthy Breakfast
B. Programmi Sportivi
· Tennis
· Badminton
· Tenpin Bowling
· Chess
· Hockey
· Non Contact Rugby
· Netball
· Karate
· Dance Sport
Dawn il-programmi qed jitmexxew min-nies kwalifikati f'dawn l-oqsma.
Sena Ewropea tal-Lingwi
Din is-sena hija s-Sena Ewropea tal-Lingwi. Ghalhekk, kull skola giet imhegga torganizza hidmiet b'rabta ma' xi pajjiz partikolari.
Weetabix Fun Games Festival
F'dan il-Festival, li hu sponsorjat mid-ditta Weetabix, qed jiehdu sehem madwar 1,300 tifel u tifla. Il-Festival qed isir fuq 7 rounds preliminari u 2 semi-finali. Il-finali ser issir nhar il-Hamis, 6 ta' Settembru waqt il-Fiera Maratona li ssir fit-Trade Fair Grounds Naxxar.
Fiera Maratona - Differenti Imma Hbieb
Din il-fiera hija parti mill-'Back to School Fair' li ser issir fit-Trade Fair Grounds, Naxxar, bejn l-Erbgha 5 u l-Hadd 9 ta' Settembru 2001. Waqt din il-Fiera Maratona kull centru ta' Skola Sajf juri parti mix-xoghlijiet li saru mit-tfal waqt it-tmien gimghat ta' Skola Sajf. Isiru wkoll rapprezentazzjonijiet ta' drama, kant, mima u zfin fuq palk kbir armat apposta.
Ta' min isemmi li matul il-granet ta' Skola Sajf it-tfal jigu mhegga juru solidarjeta' ma' nies anqas ixxurtjati billi jigbru flus b'risq il-Community Chest Fund. F'dawn l-ahhar 5 snin gew ippre\entati aktar minn Lm26,000 lil dan il-fond.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN