Left arrow Mur Lura

PROGRAMM SĦIĦ TA' RIABILITAZZJONI FIL-BIRGU

pr1161
Date Icon 02/08/2001

Siltiet minn diskors li l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech għamel meta kienet inawguata Triq Boffa fil-Birgu

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li ż-żjarat spissi li qed jagħmel fil-Birgu huma indikazzjoni tal-ħidma li qed issir mill-Gvern, mill-Kunsill Lokali u mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera biex din il-belt qadima u storika ta' pajjiżna tingħata lura l-importanza li jixirqilha.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li kull min il-bieraħ assista għall-inawgurazzjoni tal-Casinò di Venezia, f'dak li qabel kien il-Palazz tal-Kaptan tax-Xwieni ta' l-Ordni ta' San Ġwann, ammira l-ħidma kbira ta' restawr li saret biex dan il-palazz inġieb lura ghall-glorja li kien igawdi sekli ilu. Fakkar li biex dan il-bini nbidel għall-istat li hu llum ntefqu madwar Lm2 miljun mill-Port Cottonera Limited minbarra flejjes kbar oħra li ntefqu mill-Casinò di Venezia biex għammru dan il-palazz b'damaski, tappezzeriji, linef u għamara ta' l-epoka. Hu qal li r-restawr ta' dan il-palazz kien biss l-ewwel parti ta' proġett vast li għandu jagħti lix-Xatt tal-Birgu ħajja ġdida u dħul importanti mis-settur turistiku.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li hu ċar li l-Kunsill Lokali tal-Birgu diġa stabilixxa relazzjonijiet mill-aktar kordjali sew mal- Port Cottonera Limited kif ukoll mal-Comune di Venezia li qed igħinu finanzjarjament fil-proġett ta' Triq Boffa, proġett li qed jitwettaq ukoll bl-għajnuna u kollaborazzjoni diretta tal-Proġett għar-Riabiltazzjoni tal-Kottonera fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li fil-fatt l-proġett ta' Triq Boffa hu ieħor bi shab li qed isir mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera u l-Kunsill Lokali Birgu. Fakkar li fuq insistenza tal-Proġett ghar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera x-xogħol ta' pavimentar qed isir b'ċangatura tal-qawwi. Qal li kienet intużat kemm ċangatura tal-qawwi maqlugħa minn toroq oħrajn kif ukoll ċangatura tal-qawwi 'ġdida'. Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera kien nefaq fuq din it-triq madwar Lm15,000 għall-materjal u għax-xogħol li sar. Dan ma jinkludix ċ-ċangatura tal-qawwi qadima.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li fil-Birgu qed ikompli b'rittmu mgħaġġel il-programm ta' riabilitazzjoni mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera. Hu fakkar li matul din is-sena kienet ġiet ristrutturata Pjazza San Filippu, id-daħla ta' Triq Boffa - sew bil-proġett li kien qed ikun inawgurat kif ukoll bit-tqegħid ta' bankijiet ġodda u xogħol ieħor, l-ewwel fażi tal-proġett tal-Belvedere ta' Couvre Porte fejn se jibda x-xogħol ta' pavimentar. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li matul din is-sena tkompliet il-ħidma ta' restawr tal-Kavallier ta' San Ġakbu u l-Kavallier ta' San Ġwann. Qal li bl-għajnuna tal-ħaddiema mir-Restoration Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent kien sar ir-restawr tas-sur. Sar ukoll xogħol fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur u fil-Mużew Marittimu, fejn tqiegħdet ċangatura tal-qawwi fid-daħla u f'xi kmamar. Din is-sena sar ukoll ir-restawr tad-dar tal-Papas u qed tiġi restawrata l-Armerija li mhux biss tiġbor fiha l-uffiċcji tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera iżda fejn kienu wkoll restawrati żewġ swali li kienu inawgurati dan l-aħħar bħala swali għall-konferenzi.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li kien maħsub li jitwettaq proġett arkeoloġiku biex ikun stabbilit fejn huma l-pedamenti tat-torri fil-pjazza tal-Birgu. Hu qal li kien sar studju minn restawratriċi Taljana biex tkun restawrata l-istatwa tal-Vitorja. Qal li wara l-festi mistenni jitkompla l-proġett ta' restawr bil-qawwi fil-Collachio billi jibda x-xogħol fi Triq in-Nofsinhar.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li hu stmat li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera din is-sena se jonfoq madwar Lm80,000 f'xogħlijiet fil-Birgu. Qal li l-ħidma mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera, mill-Gvern, mill-Kunsill u minn entitajiet oħra taw lill-Birgu dehra ġdida li qed titgawda mir-residenti tal-lokalita'. Qal li l-pass li jmiss hu li jkunu attirati lejn il-Birgu Maltin minn kull parti tal-gżira u turisti barranin biex mhux biss jammiraw il-gawhar ta' storja, arti u arkitettura li hemm f'din il-belt iżda biex anke jikkontribwixxu lejn ir-riġenerazzjoni tal-lokalita'

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow