STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD DWAR IT-TNEHHIJA TAL-LEVIES FIS-SETTUR AGRIKOLU
pr1160
02/08/2001
| Il-Ministru tal-Biedja u Sajd Ninu Zammit jgharraf li, | kuntrarjament ghad-diversi xnieghat u stqarrijiet bla bazi mahruga mill-Oppozizzjoni, it-tnehhija tal-levies fuq importazzjoni ta’ prodotti agrikoli ser issir b’mod gradwali fuq perjodu ta` zmien. |
| L-ewwel li ser jitnehhew huma dawk il-levies | fuq prodotti li ma jaffettwawx l-industrija lokali tal-Biedja. Fost dawn hemm dawk il-prodotti li fuqhom kienet ghadha tinghata ezenzjoni mill-hlas ta’ levy. |
| Rigward il-prodotti l-ohra, il-levies ser | jitnehhew fuq perjodu ta’ zmien b’tali mod li tigi ntrodotta sistema ta’ kumpens finanzjarju mhallas direttament lill-produtturi. Din is-sistema ta’ kumpens u tnehhija gradwali tal-levies hija ntiza sabiex il-produtturi ikollhom dhul xieraq, kif ukoll biex taghti nifs ghar-ristrutturazzjoni mehtiega jew ahjar ghat-tishih fl-oqsma kollha tal-biedja. |
| Il-Ministru Ninu Zammit ifakkar li t-tnehhija tal-levies | trid issehh fil-futur u dan irrispettivament jekk nidhlux jew le membri shah fl-Unjoni Ewropea. Dan jikkonfermah ukoll il-manifest elettorali tal-Malta Labour Party ta’ l-ahhar elezzjoni fejn sahansitra gie ddikjarat li l-levies huma taxxa ghall-konsumatur. |
| Il-Ministru tal-Biedja u Sajd itenni li l-pjan | tal-Gvern prezenti huwa li jipprovdi kumpens finanzjarju biex dan il-process ta’ tnehhiija ta’ levies ikun jista` jigi attwat b’mod li l-istess settur jibqa` kompettittiv u sostenibbli. B’kuntrast ma dan, il-politika ta’ l-Onor. Alfred Sant twassal biss ghal tnehhija ta’ levies minghajr kumpens finanzjarju, liema tnehhija allura tissarraf f’importazzjoni ta’ prodotti agrikoli bi prezzijiet tant baxxi li l-bdiewa u r-rahhala taghna ma jkunux jistghu jikkompetu maghhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN