Left arrow Go Back

PROTEST GUDIZZJARJU DWAR TRIQ DICEMBRU 13

pr1155
Date Icon 01/08/2001

B' riferenza għar-rapporti li dehru fl-istampa tal-lum 1 ta' Awissu 2001 dwar protest ġudizzjarju li ppreżenta l-avukat Joe Brincat LL.D. kontra l-Ministru tat-Trasport u Komunikazzjoni u d-Direttur tat-Toroq, il-pubbliku hu nfurmat li fl-ebda kaz ma tqajjem xi dubju fir-rigward ta' Triq Dicembru 13 dwar jekk it-triq hiex tajba biex tintuża mill-pubbliku.

It-triq inbniet fis-snin 1974/75 u min dak iż-żmien `l hawn id-disinn ta' din it-triq qatt ma nbidel.

Fl-ewwel snin ta' kostruzzjoni din it-triq niżlet hafna u fl-1990 il-parti kbira tagħha ġiet mogħtija wiċċ ġdid biex jitneħħew it-tumbati kbar li żviluppaw fiha. Minn dak iż-żmien `l hawn baqa' jsir xogħol ta' manutenzjoni b' mod regolari fuq il-culverts, is-sinjali taż-żebgħa ta' l-art u t-tabelli f' din it-triq.

Riċentament fl-1999 ġie ppreparat master plan għal bini mill-ġdid ta' toroq ta' Malta u Għawdex . Dan ir-rapport poġġa t-toroq f' ħames kategoriji, b' dawk ta' l-ewwel kategorija li jirrikjedu li jsir xogħol fihom malajr kemm jista' jkun.

Triq Diċembru 13 qiegħda fil-ħames kategorija u għalhekk din it-triq hija waħda minn dawk li l-anqas li jirrekjedu xogħol ta' titjib fil-mument.

Il-Ministru u d-Direttur tat-Toroq jirriservaw id-dritt għal kwalunkwe azzjoni futura kif ikun mehtieg wara li huma jkunu rcevew l-imsemmi protest gudizzjarju.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow