IL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI JIKKUNDANNA VANDALIZMU LI SAR FUQ PROPRJETA' TAS-SINDKU TA' SANTA VENERA
pr1153
01/08/2001
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali jixtieq jikkundanna bil-qawwa kollha l-atti vandali li saru fil-jiem li għaddew fuq il-proprjeta' tas-sindku ta' Santa Venera.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali jiddeplora atti kodardi bhal dawn li huma intenzjonati biss biex jimminaw il-proċess demokratiku ta' pajjiżna.
Fl-istess ħin il-Ministeru jesprimi s-solidarjeta' tiegħu mas-Sindku u l-Kunsilliera kollha ta' Santa Venera, u jawguralhom aktar hidma favur ir-residenti tal-lokalita' taghhom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN