Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. DR. LAWRENCE GONZI, VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI, WAQT SEMINAR DWAR IL-QORTI TAL-FAMILJA - PERSPETTIVA SOCJALI LEJN L-INTEGRITA' U L-UNITA' TAL-FAMILJA" ORGANIZZAT MILL-AGENZIJA APPOGG

pr1152
Date Icon 01/08/2001
Sinjuri: Huwa ta' pjacir ghalija li nkun fostkom illum u nisma dibattitu haj dwar proposta lil-Gvern huwa kommess ghaliha, u li ftit tal-gimghat ilu giet ipprezentata lill-pubbliku Malti u Ghawdxi mill-Ministru ghall-Gustizzja u Gvern Lokali. L-iskop tal-White Paper kien precizament sabiex intom - flimkien ma' ohrajn bhalkom - tkunu tistghu taghtu r-rejazzjonijiet u s-suggerimenti taghkom sabiex dan il-progett jirrealizza ruhhu f'wiehed ta' beneficcju socjali li jkompli jsahhah u jissoda l-istituzzjoni tal-familja Maltija. Nixtieq inqieghed il-White Paper dwar id-Divizjoni tal-Familja mill-ewwel f'perspettiva aktar wiesgha ta' politika nazzjonali dwar il-familja. Politika dwar il-Familja Proprju ftit ta' gimghat ilu jiena habbart it-twaqqif ta' Kummissjoni Nazzjonali dwar il-Familja, biex taghti parir lill-Gvern fuq zewg livelli ewlenin. L-ewwel nett biex inkunu konxji ta' l-impatt pozittiv jew negattiv li d-decizjonijiet taghna jkun qieghed ikollhom fuq dan in-nukleu daqstant importanti fis-socjeta' taghna. It-tieni, biex ilkoll kemm ahna nkunu proattivi fis-sens li naraw x'ghandu jsir ghall-gid tal-familji Maltin u biex dan isir bl-ahjar mod u mill-aktar fis possibbli. Barra min hekk, il-Gvern qieghed ihares lejn l-istrutturi amministrattivi tieghu sabiex jara kif jista' jimplimenta politika li taghti kaz l-izviluppi li qed isehhu fin-nisga socjali taghna, filwaqt li jwennes il-familja Maltija fic-cirkostanzi tar-rejalta' socjali li qed nesperjenzaw. Hekk per ezempju, l-introduzzjoni ta' mizuri favur il-familja ('family friendly') fl-organizzazzjoni tax-xoghol, ir-regolamenti dwar nisa fi zmien it-tqala, l-estensjoni tal-leave tal-maternita', l-introduzzjoni ta' beneficcju socjali ghall-dawk il-genituri li jiddeciedu li jsiru 'foster carers', l-impenn finanzjarju li bbenefikat minnu l-agenzija APPOGG matul din l-ahhar sena, it-twaqqif imminenti ta' Centru ghar-Rizorsi tal-Familja gewwa l-Kottonera, it-tibdil fl-iskemi ta' l-Awtorita tad-Djar sabiex taghraf ir-rejalta' ta' familji b'genitur wiehed, fost l-ohrajn. Dawn huma kollha inizjattivi f'kullana ta' progetti mahsuba sabiex jwennsu l-amilja Maltija u jsahhu t-tessut socjali li ghandu bhala l-pern tieghu l-familja.Il-familja fil-krizi Madankollu, dawn l-inizjattivi jridu wkoll jaqdu l-esigenzi ta' numru ta' familji li qed isibu ruhhom f'diffikulta', tant li jkollhom jisseparaw, xi kultant b'konsegwenzi mhux daqshekk posittivi ghalihom infushom u ghat-tfal. Sfortunatament, l-ammont ta' familji li qed jesperjenzaw firda qieghed jikber, tant li l-Gvern irid li b'mod konkret u shih jirrispondi ghal din ir-rejalta' b'mod li johloq sistemi li jipprovdu l-ispazju sabiex jekk inhu posibbli tinstab soluzzjoni ghat-dizgwid. Familja fi krizi timmanifesta ruhha f'diversi forom. L-inkwiet bejn il-mizzewwgin, l-abbuz fiziku u b'mod iehor fuq it-tfal, vjolenza fil-familja, l-infedelta' huma kollha trawmi serji li mhux biss ikissru l-familja, imma jhallu mpatt gravi fuq il-persuni nvoluti, kemm kbar kemm zghar.. Dawn huma cirkostanzi li jezistu fil-komunita taghna, anke jekk ahna xxurtjati li n-nukleu familjari taghna baqa, sa' llum, wiehed sod Madanakollu, l-fatt li ghad ghandna sa' llum maggoranza qawwija ta' familji b'sahhithom, dan bl-ebda mod ma jista jtappan l-impenn taghna biex inkomplu noholqu ambjent posittiv flwaqt li niddedikaw l-isforzi taghna biex nghinu lil dawk li jinsabu fi problemi. L-agenzija APPOGG ilha ghal dawn l-ahhar xhur tistinka sabiex torganizza ruhha biex tindirizza b'mod aktar effettiv bzonnijiet reali bhal dawn. Ghalhekk, per exempju, l-APPOGG ghandha nies imharga fit-terapija tal-familja. Ohrajn fil-qasam tas-sahha mentali, ohrajn f'ghajnuna ghal familja f'diffikltajiet. Barra mill-APPOGG hemm ohrajn li jispeccjalizzaw f'xi interventi partikolari fosthom il-Moviment ta' Kana, li hu marbut ma' dan il-qasam. Ghodda gdida Il-White Paper li ddiskutejtu llum hija ghodda ndispensabbli biex sitwazzjoni ta' krizi fill-familja tkun ittrattata b'mod l-aktar effettiv u adattat, f'kuntest ta' rispett u dinjita' ghall-persuni kollha nvoluti, permezz ta' nterventi professjonali u appogg biex tinstab soluzzjoni tajba u sensibbli ghall-partijiet kollha koncernati. Il-principju baziku li fuqu mibnija l-White Paper huwa 'l harsien ta' l-ghaqda tal-familja. L-ghaqda tal-familja mhix xi kuncett astratt jew filosofiku, izda wiehed konkret u ghandu jinkludi l-kapacita' tal-persuni fil-familja biex jirrispettaw lil xulxin, il-holqien ta' l-ispazju ghall-izvilupp shih tal-potenzjali ta' kull membru, is-sahha tat-tfal u l-familja, u l-kapacita' li tirkupra wara xi krizi. Mela jekk dawn huma xi whud mill-karatteristici ta' l-ghaqda fil-familja, u jekk nemmnu fil-verita' li l-familja hi l-akbar rizors importanti li ghandna fil-pajjiz, it-twaqqif ta' Qorti specjalizzata fuq il-hwejjeg marbuta mal-familja hija decizjoni rilevanti, ghaqlija u effikaci ghat-tharis tal-familja. M'inix sa nidhol fil-punti teknici ta' l-argumenti li kellkom il-lejla, izda sa naghmel ftit riflessjonijiet li jidhirli huma fost l-aktar importanti.Il-persuna kompleta Id-divizjoni tal-familja hija struttura b'orjentament differenti minn processi gudizzjarji ohra ghaliex tikkoncerna ruhha mhux biss mill-punti legali izda thares lejn l-aspett uman li difficli tillegisla ghalih. Ghalhekk id-divizjoni tal-familja ser iggib flimkien aspetti varji tas-sitwazzjoni biex finalment id-decizjoni tkun mhux biss wahda korretta mill-aspett legali izda li taghmel gid fit-tul lill-persuni nvoluti. Dan il-fattur jaghti valur akbar lil din id-divizjoni, u biex dan isehh, jinhtiegu kompetenzi minn professjonijiet ohra li sa issa kienu biss fil-periferija tas-sistema gudizjarja taghna. Id-Divizjoni tal-Familja tinvolvi b'mod dirett lill esperti fil-qasam socjali u tal-familja, bhal social workers, psikologi, medjaturi etc, biex ihaddmu l-process u juzaw il-kompetenzi taghhom f'tentattivi ta' konciljazzjoni, medjazzjoni u fl-ghoti ta' pariri lill-Qorti. It-tfassil ta' shubija bejn il-gudikatura u l-professjonist socjali huwa ghalhekk cavetta importanti ghas-success ta' din id-Divizjoni. Barra minn hekk, dan huwa zvilupp importanti u qabza 'l quddiem fil-kwalita tax-xoghol tal-qrati. Qed noholqu dinamika gdida fejn qed inzewgu kompetenzi varji, f'rwoli definiti b'mod car fil-White Paper, b'responsabiltajiet partikolari. Nahseb li l-White Paper kienet cara dwar dan, u ma jidhirlix li xi professjoni ser tkun qed tidhol fuq ohra, jew wahda qed tiehu xi haga minn ta' l-ohra. L-isfida ser tkun tikkonsisti fil-kapacita' tal-partijiet li jirrispettaw lil xulxin, jaghrfu jahdmu flimkien, jifhmu l-limiti li kulhadd ghandu, u japprezzaw u juzaw il-hiliet varji tal-professjonijiet involuti. Professjonalita u Tahrig Dan iwassalni ghal punt iehor li rrid naghmel. Il-White Paper tghamilha cara li s-success ta' Divizjoni ghall-Familja assolutament tiddependi mill-kwalita' u t-tahrig tan-nies li ser jahdmu fiha. Dan hu qasam gdid, qasam specjalizzat, qasam li ftit huma dawk li ghandhom esperjenza fih. Ghalhekk l-ghazla u t-tahrig ta' dawk li ser jahdmu f'dan il-qasam hu krucjali. Ghandi pjacir nhabbar li l-Commonwealth Secreartiat approva konsulenza ghal dan il-qasam importanti, u ghaldqastant fix-xhur li gejjin ser jinghata tahrig specjalizzat lil dawk li sa jahdmu f'dan is-servizz. Gejt infurmat ukoll li l-persuna li ser tmexxi dawn is-servizzi ta' appogg socjali fil-qrati ghadha kemm ghamlet placement ta' gimghatejn l-Ingilterra biex tara kif sistema bhal din tahdem. Fil-fatt l-agenzija APPOGG ghadha kemm, fil-gimghat li ghaddew, waqqfet Servizz gdid ta' hidma socjali fil-qrati, apparti li ghal dawn l-ahhar sena u nofs hadmet bi prova servizz limitat ta' medjazzjoni, kif ukoll servizz ta' supervizjoni ta' tfal fuq ordni tal-qorti. Dawn l-aspetti kollha fi hdan l-agenzija APPOGG gew integrati f'servizz wiehed. Ghalhekk l-ingagg ta' nies professjonisti u t-tahrig taghom hu ndispensabbli.
Divizjoni li tkopri aspetti ohra mportantiL-agenzija APPOGG organizzat is-servizzi taghha biex taghti appogg mhux biss f'sitwazzjonijiet ta' medjazzjoni u separazzjoni, izda ukoll fejn jidhlu sitwazzjonijiet ohra bhal vjolenza domestika u abbuz fuq it-tfal. Minkejja li l-White Paper tghid b'mod car li d-divizjoni tal-familja sa tkopri dawn is-sitwazzjonijiet ukoll, inhoss li l-vjolenza domestika u l-abbuz fuq it-tfal intilfu meta mqabbla mal-kwistjonijiet ta' separazzjoni. Ghalhekk irrid nenfasizza li kwistjonijiet ta' vjolenza domestika u abbuz fuq it-tfal huma, daqs - jekk xi kultant mhux aktar - gravi minn separazzjoni. Ghalhekk meta nitkellmu fuq appogg socjali u interventi professjonali ghal dawk li juzaw id-divizjoni tal-familja, qed nitkellmu wkoll fuq sitwazzjoniijiet bhal vjolenza domestika u abbuz fuq it-tfal. Fortunatament diga ghandna servizzi specjalizzati f'dawn iz-zewg oqsma, izda bid-divizjoni tal-familja, l-ammont ta' kazijiet riferuti sa jikber u rridu nahsbu ghal dan. Struttura adattata L-istruttura li bniet u qed tizvilluppa l-agenzija APPOGG timposta ruhha b'mod, li filwaqt li tghamel interventi diretti fil-qorti, ghandha servizzi li jappoggjaw lis-servizzi fil-qorti. Ghalhekk, per ezempju, jekk il-medjatur jikkonvinci lill-partijiet biex ifittxu terapija tal-familja, l-APPOGG ghandha servizz addattat. Jekk wiehed mill-partijiet ghandu problema b'dizabilita', l-APPOGG ghandha nies imharga f'dan il-qasam u ohra. Barra minn hekk l-APPOGG tinsab f'kuntatt kontinwu ma' numru ta' agenziji u professjonisti ohra li jahdmu f'oqsma specjalizzati u li jistghu jaghtu s-servizzi taghhom. Ghalhekk, anki fil-qasam socjali ghandna strutturi, li minkejja ghadhom fi stat ta' zvilupp, huma ngranati f'din id-direzzjoni. Konkluzjoni Irrid naghlaq billi naghmel enfasi fuq il-kolloborazzjoni bejn kulhadd. Tista' tillegizla ghal process, izda ma tistax tillegizla ghal-kollaborazzjoni. Din taghtiha ghaliex temmen fiha u ghaliex trid. Izda l-kollaborazzjoni tahdem ghal min jahdem ghaliha. Aktar ma nikkollaboraw u nifhmu lil xulxin aktar ser ikun facli li jinghelbu d-diffilultajiet u d-differenzi li niltaqghu maghhom u anke s-soluzzjonijiet jidhru ahjar. Attitudni bhal din twassal biss ghall-rizultati tajba li fl-ahhar mill-ahhar jibbenefikaw minnhom numru ta' familji. Nawgura hafna ghal rizultati tajba, ghaliex dan hu wiehed mill-progetti socjali li l-effett pozittiv tieghu jinhass minn dawk li ghandhom bzonn, li huma dghajfa, jew li ghaddejjin minn xi krizi. Jekk dawn isibu l-ispalla li fuqha jistghu jistriehu, allura tkun is-socjeta kollha taghna li tkun gawdiet minn dawn il-bidliet.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow