Left arrow Mur Lura

PUNTI MINN DISKORS LI L-MINISTRU FRANCIS ZAMMIT DIMECH GHAMEL META ZAR XOGHOL TA' TQEGHID TA' MAINS TA' DRENAGG F'H'ATTARD BHALA PARTI MIS-SEWERAGE MASTER PLAN

pr1143
Date Icon 30/07/2001

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li t-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent bħalissa qed tissokta bit-tqegħid ta' madwar għaxar kilometri ta' mains tad-drenaġġ fl-inħawi ta' Ħ'Attard, Ħal-Qormi u r-Rabat. Hu qal li dan il-proġett jifforma parti mix-xogħlijiet li jagħmlu parti mill-Master Plan tad-Drenaġġ.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech spjega li dawn ix-xogħlijiet huma maqsuma fi tliet fażijiet. L-ewwel fazi tikkonsisti fit-tqegħid ta' madwar 1,500 metru ta' mains fi Triq l-Imdina, Triq in-Nutar Zarb, Triq Qormi u fl-inhawi bejn Ħ'Attard u Ħal-Qormi. Ix-xogħol fuq din il-fażi mistenni jitlesta sa' l-aħħar tax-xahar id-dieħel. Hu qal li t-tieni fazi tal-proġett tkopri madwar 4,200 metru ta' mains bejn it-telgħa tas-Saqqajja, l-inħawi magħrufa bħala tal-Ħemsija u Triq l-Imdina.

Din il-fażi mistennija titlesta sa l-aħħar tas-sena. Il-Ministru għall-Ambjent qal li t-tqegħid ta' dawn il-mains għandu jsolvi l-problema ta' l-isbroff mid-drenaġġ f'Ħ'Attard u Ħal-Qormi, speċjalment fil-Wied ta' l-Gheriexem, l-inħawi ta' Ta'Qali u ħdejn il-ġonna ta' San Anton.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li t-tielet fazi tal-proġett hija ppjanata għas-sena 2003. Din tikkonsisti fit-tqegħid ta' madwar erba' kilometri ta' mains biex tiġi riżolta l-problema tad-drenaġġ fl-Imtarfa, Triq Għerixem u fi Vjal il-Ħaddiem. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li dan il-proġett mistenni jiswa madwar Lm750,000. L-ewwel u t-tieni fażi mistennija jiswew investiment ta' madwar Lm400,000.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li bħala riżultat tax-xogħol li sar s'issa fl-isfond tal-Master Plan tad-Drenaġġ, il-bajjiet popolari kollha ta' pajjizna, li sa ftit snin ilu kienu tista' tgħid kollha mniġġsa u mhux tajbin għall-għawm, illum tista' tgħum fihom mingħajr biża'. Dan jirriżulta wkoll minn tagħrif li joħroġ id-Dipartiment tas-Saħħa Pubbliku li minnu jirriżulta li filwaqt li fl-1994 kien hemm 964 jum li fihom siti li minnhom jittieħdu kampjuni ta' l-ilma baħar ma kienux tajbin għall-għawm, is-sena li għaddiet in-numru ta' jiem niżel ghal 59 u din is-sena, minkejja li fl-aħħar ġimgħat kellhom, għal ftit jiem, ikunu magħluqa għall-għawm siti fil-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, in-numru ta' jiem kien biss ta' 48.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-Ministeru għall-Ambjent qed jagħmel minn kollox biex is-sistema tad-drenaġġ fil-pajjiż tinżamm fi stat tajjeb il-ħin kollu u biex fejn ikun hemm ħsarat dawn jissewwew immedjatament. Qal li dan qed isir mhux biss biex ikollna l-baħar madwar il-gżejjer Maltin nadif iżda anke biex il-kwalita' ta' l-ilma fil-ground water table tkun mill-aqwa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow