Left arrow Mur Lura

JILTAQA' GHALL-EWWEL DARBA L-KUNSILL KONSULTATTIV DWAR L-EKONOMIJA

pr1140
Date Icon 27/07/2001

Fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici llum saret l-ewwel laqgha tal-Kumitat Konsultattiv li twaqqaf fi hdan l-istess Ministeru biex jaghti pariri lill-Gvern dwar il-politika ekonomika u fl-istess waqt jghin biex Malta ssir aktar maghrufa fost l-investituri barranin.

Dan il-Kunsill, li hu presedut mill-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, Prof. Josef Bonnici, hu maghmul minn persuni ta' dixxendenza Maltija jew li twieldu Malta u li ghamlu isem barra minn Malta fil-qasam ekonomiku.

Dawn il-persuni, li kollha ghazlu li jservu f'dan il-Kunsill fil-kapacità personali taghhom u minghajr ebda hlas, huma:

is-Sur Jonathan Calascione Senior Partner, Monitor Strategies, UK

is-Sur Franco Cassar Loporto Managing Director, SG Hambros, Gibraltar

is-Sur Roderick Chalmersex Managing Director, PWC, UK

is-Sur John d'Ancona Konsulent, Oil & Gas, UK

il-Prof Edward de Bono Founder, Institute for Cognitive Studies

Dr Michael Gera Partner, Pond Investments, UK

Is-Sur Paul Manduca Chief Executive, Rothschild Asset

Management, UK

Is-Sur Pier Massa Vici President, Canadian Imperial Bank of

Commerce, Kanada

Dr Alex Mifsud Konsulent, Arthur D Little, UK

is-Sur Arthur Soler President, Cadbury, Trebor Allen Inc., Kanada

Is-Sur Frank Zarb Chairman, NASDAQ, USA


Membru iehor hu l-Prof Rev Peter Serracino Inglott, ex Rettur ta' l-Università ta' Malta

Ghall-ewwel laqgha tal-lum ma setghux jattendu Dr Michael Gera u s-Sinjuri Paul Manduca u Frank Zarb minhabba mpenji ohra, ghalkemm mistennija jigu Malta ghat-tieni laqgha li ghandha ssir aktar tard din is-sena.

Fl-introduzzjoni tieghu, il-Ministru Bonnici spjega li dan il-Kunsill twaqqaf biex jaghti pariri fit-tfassil ta' strategija nazzjonali dwar l-izvilupp ekonomiku li qed isir taht id-direzzjoni tal-Malta Enterprise Board (MEB), li nholoq bhala mizura amministrattiva fi hdan il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici bhala parti mir-ristrutturar li qed issir fl-istess Ministeru.


Il-Ministru Bonnici zied li l-iskop tal-MEB, li hu wkoll presedut minnu, hu li jikkoordina b'mod aktar effettiv il-hidma tal-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp (MDC), il-Korporazzjoni Maltija ghall-Kummerc Barrani (METCO), l-Istitut ghall-Promozzjoni ta' l-Imprizi (IPSE) u l-Malta Investment Management Co Ltd (MIMCOL), u biex jaghti pariri dwar materji strategici li jikkoncernaw il-politika tal-Gvern dwar l-izvilupp industrijali u l-intrapriza.


Dan il-Bord jikkonsisti mic-Chairpersons tal-MDC, METCO, IPSE u MIMCOL, mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, kif ukoll minn diversi persuni ohra ta' esperjenza fil-kapacità personali taghhom. Dan il-Bord jiltaqa' medja ta' darbtejn fix-xahar.


B'riferenza ghall-Kunsill Konsultattiv, il-Ministru Bonnici qal li l-persuni li accettaw li jservu fih ghandhom esperjenza twila fil-qasam taghhom kif ukoll kuntatti li minnhom Malta tista' tibbenefika hafna ghax jipprovdu lil pajjizna b'opportunitajiet godda ghal investiment dirett minn barra.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow