Left arrow Mur Lura

DISKORS TA' L-ONOR. JESMOND MUGLIETT WAQT SEZZJONI TA' INFORMAZZJONI BIT-TEMA 'OPPORTUNITAJIET TA' RICERKA GHALL-INTRAPRIZI MALTIN PERMEZZ TAL-HAMES QAFAS TA' PROGRAMM TA' RICERKA U ZVILUPP TEKNOLOGIKU', ORGANIZZATA MILL-KUNSILL GHAL XJENZA U TEKNOLOGIJA

pr1132
Date Icon 26/07/2001
Huwa l-pjacir tieghi li nkun maghkom illum ghal din is-sezzjoni ta’informazzjoni. Din hi t-tieni laqgha li qeghda ssir mill- 20 ta’ Gunju 2001 ‘l hawn, meta Malta iffirmat il-ftehim mal-assocjazzjoni tax-xjenza u teknologija u b’hekk sahhet l-access ghal FP5. Dan il-ftehim jaghti l-opportunita lil organizazzjonijiet li qeghdin hawn Malta kif ukoll lir-ricerkaturi Maltin biex jippartecipaw bis-shih fil-programmi tar-ricerka tal-komunita flimkien ma’ ricerkaturi tal-Unjoni Ewropea.
Minn meta Malta ddecidiet li tippartecipa fl-FP5,il-Kunsill Malti ghax Xjenza u Teknologija beda jorganizza dawn is-sezzjonijiet ta’ informazzjoni ghal udjenzi differenti bl-iskop li jippromovi, jispjega u jippublicizza l-opportunitajiet. Ahna kellna l-bizat taghna jekk kienx ser jirnexxilna inressqu progetti li jissodisfaw il-kriterji ta’ evalwazzjoni. B’sodisfazzjon inhabbru li f’ dawn il-hdax-il xahar li ilna nippartecipaw, irnexxilna ngibu l-approvazzjoni ghal iktar minn ghaxar progetti, b’ total ta’ fondi li wisq probabbli jaqbez l-ammont ta’ flus investiti li kien hemm bzonn biex Malta tippartecipa f’ dan il-programm.

L-ewwel avveniment formali tal-FP5 f’ Ghawdex

Huwa ukoll ta’ sodisfazzjoni li qeghdin norganizzaw l-ewwel sezzjoni ta’ informazzjoni dwar l-FP5 f’Ghawdex. Huwa importanti li ricerkaturi u entitajiet kemm dawk fis-settur privat kif wkoll dawk fis-settur pubbliku, li jinsabu f’ Ghawdex, ikunu informati dwar l-opportunitajiet ezistenti mill-20 ta’ Gunju 2001 meta Malta ffirmat il-ftehiem mal-assocjazzjoni tax-xjenza u teknologija li ta lil Ghawdex access shih ghal dan il-programm.

Ghalkemm Malta ffirmat il-ftehim meta dan il-programm kien diga ghamel nofs it-terminu tieghu, fil-fatt l-FP5 gie mniedi f’ Marzu 1999, xorta irnexxilha tiehu sehem f’ numru impressjonanti ta’ proposti kif ukoll diga qed tippartecipa f’ numru inkoragganti ta’ progetti. Dawn jinkludu:

That INCO-MED Malta ghandha approvati erba’ progetti relatati mal-kultura u l-industrija tal-gojjellerija. L-ammont totali ghal dawn il-progetti huwa ta’ 165,000 Euros.

That INCO Candidate Countries, li joffri ghajnuna f’ dik li hija informazzjoni u tahrig sabiex iheggeg il-partecipazzjoni fl-FP5, ghandna progett approvat b’fondi ta’ madwar 48,500 Euros.

Quality of Life – Malta ingaggat f’ 2 progetti li huma: Partners for Life u Trainnet, l-ghan tieghu huwa biex jaghti promozzjoni ghar-ricerka, informazzjoni u tahrig lil SME’s. MCST ibbenefikat minn 20,000 Euros.

Fil-qasam ta’ User-Friendly Information Society, il-Maltapost issottomettew progett li jesplora kif ikunu operati is-servizzi postali skond l-istandards mitluba fl-Ewropa. Maltapost qed tgawdi minn ghajnuna ta’ 70,000 Euros.

Growth – IPSE ser tgawdi minn fond ta’ 43,000 Euros.

Energy, Environment and Sustainable Development – Malta hadetsehem mal-Italja fi progett magguri EESD li jikkoncerna x-xjenza marittima. Malta ser tircievi madwar 100,000 Euros ghal dan ix-xoghol.
Innovation and SME – il-partecipazzjoni ta’ Malta f’ danil-programm tinvolvi kollaborazzjoni bejn Malta Patent Office u l-Kunsill Malti ghax- Xjenza u Teknologija. Il-fondi ghal Malta huma ta’ 30,000 Euros.
Improving Human Potential – f’ dan l-MCST kellu rwolimportanti dak li jaghmel il-promozzjoni u jipprepara l-proposti. L-ammont ta’ fondi ghadu qed jigi negozjat izda huwa mahsub li se jkun madwar 200,000 Euros.
Il-Kummissjoni Ewropea hija tal-fehma li jekk tridricerka li tirrizulta fi prodott jew servizz utli ghac-cittadin, l-ahjar mezz huwa li tinvolvi kemm jista’ jkun lill-SME’s. Ghal dan l-iskop, meta kien qieghed jigi ppjanat il-FifthFramework Programme inholoq programm specjali biex jiffacilita’ l-partecipazzjoni tal-SME’s. Dan jaghmilha iktar facli biex SME’s jippartecipaw minhabba li jelimina l-burakrazija zejda. Ghaxra fil-mija tal-budget hija riservata ghall-SME’s u huwa ppjanat li din il-figura titla’ ghal 15% fil-programm li jmis. Il-programm jaccetta wkoll il-kuncett li r-ricerka tal-laboratorju tista’ ssir minn xi hadd iehor ghan-nom tal-SME’s
Normalment l-entrapriza tiehu sussidju ta’ 50% fuqin-nefqa totali tal-progett. Pero l-beneficcju meta wiehed jippartecipa m’huwiex biss finanzjarju. Hafna drabi il-kuntatti li jsiru jirrizultaw f’ negozju li jissarraf f’ xoghol gdid u anke esportazzjoni.
Forsi hawn minn jahseb li FP5 jghodd iktar ghalintraprizi l-kbar milli z-zghar, isibu wkoll min jghid li ma jaghmilx jew mhux attrezzat biex jaghmel ricerka. Il-fatti juru bil-maqlub ghax il-maggoranza tal-entraprizi li ppartecipaw fuq livell Ewropew huma ta’ bejn 10 u 50 impjegat waqt li kien hemm partecipazzjoni sostanzjali minn nies self employed, jigifieri mill-individwi.
Malta flimkien ma’ pajjizi ohra kandidati, qed tkuninvoluta mill-Kummissjoni ta’ Ricerka fit-tfassil tal-programm li jmiss (2002-2006). Ghaldaqstant Malta u Ghawdex ghandhom l-opportunita li jaghtu sehemhom fil-kontenut tal-FP6 u kif dan jista’ jigi implimentat. Huwa importanti li l-bzonnijiet specjali u dak kollu li jikkoncerna lill-Ghawdex ikunu identifikati u integrati fir-rispons li ser taghmel Malta ghall-proposti tal-FP6.
Nappella lill-intraprizi Ghawdxin zghar u ta’ daqsmedju sabiex jersqu bi proposti. Il-partecipazzjoni taghhom tista tghinhom jinbidlu sabiex jiffaccjaw ahjar id-dinja tal-kummerc t’ghada.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow