STUDENTI MINN SKEJJEL VOKAZZJONALI TA' L-ISTAT JIKSBU L-OGĦLA 'AWARDS'
Seba' studenti minn skejjel vokazzjonali ta' l-iStat ingħataw medalji tad-deheb għar-riżultati eċċellenti li kisbu fl-eżamijiet tas-City and Guilds ta' l-1999. L-istudenti u l-ispeċjaliżazzjoni tagħhom huma kif ġej:
Edward Caruana Technician Diploma in Applied Mechanical Engineering -Manufacturing
Raniero Farrugia Technician Diploma in Mechanical Engineering Theory - Plant
Technology
Rolan Camilleri Technician Diploma in Applied Mechanical and Electrical Engineering -
Plant Technology
Daniel Zammit Technician Diploma in Applied Mechanical and Electrical Engineering -
Mechatronics
Philip Mario Agius Technician Diploma in Motor Vehicle Systems
Daniel Bonnici System Design and Fault Finding
Monica Louise Darmanin Hairdressing
Is-Sinjorina Monica Louise Darmanin kienet tattendi l-iskola tal-Hairdressing and Beauty Therapy Carmen Carbonaro, waqt li l-istudenti l-oħrajn attendew l-Istitut Tekniku Mikelanġ Sapiano.
Dawn il-Medalji tad-deheb li tagħti is-City and Guilds, jingħataw biss lil dawk l-istudenti li jiddistingwu ruħhom fl-eżamijiet permess ta' riżultati eċċezzjonali, mkejla fuq kriterji u livell internazzjonali.
Is-Sur Michael Swan, Kap Eżekuttiv tas-City and Guilds International ġie hawn Malta apposta biex jattendi l-preżentazzjoni tal-medalji. Is-Sur Swan spjega kif mill-50,000 kandidat li għamlu l-eżami f'120 pajjiż, ingħataw biss 84 medalja tad-deheb għall-eċċellenza. Is-Sur Swan qal li għalhekk kien ta unur kbir min dawn l-84 medalja l-istudenti Maltin kisbu 11-il medalja (13%). Dan ipoġġi lil Malta fl-ewwel post bl-akbar numru ta' medalji mill-pajjiżi kollha. Hu kompla jgħid li l-istudenti Maltin kull sena' jiksbu medalji ta eċċellenza u dan jixhed il-livell għoli ta' tagħlim f'pajjiżna. Dan hu għal Malta "suċċess eċċezzjonali" qal is-Sur Swan.
Waqt il-preżentazzjoni, l-Ministru Louis Galea qal li kemm hu, kif ukoll l-awtoritajiet ta' l-edukazzjoni, huma kburin ħafna bil-kisbiet ta' dawn l-istudenti Maltin. Hu mertu ta' dawn l-istudenti u l-għalliema tagħhom li jintalħqu l-aqwa riżultati fuq livell internazzjonali. Il-Ministru żied li l-istudenti Maltin dejjem urew li għandhom il-kapaċita' jilħqu l-ogħla standards internazzjonalment.
Il-Ministru qal li bħalissa is-settur vokazzjonali qed jingħata spinta kbira bil-ftuħ ta' l-fuq min 30 kors taħt sitt Istituti fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija, kif ukoll ir-riforma li qed titwettaq fl-Edukazzjoni Teknoloġika li se tkun qed tkopri l-livelli sekondarji kif ukoll primarji. Għalliema ta' l-Edukazzjoni Teknoloġika se jkunu jistgħu isegwu kors li għall-ewwel darba qed ikun offrut fl-Universita' ta' Malta.
Il-Ministru Louis Galea qal li l-Gvern qed jinvesti bil-qawwi f'dan is-settur biex dejjem ikollna biżżejjed riżorsi umani ta' l-ogħla kwalita'. B'hekk pajjiżna ikun jista' jibqa' kompettittiv fis-swieq internazzjonali kif ukoll jiftaħ orizzonti ġodda ta' żvilupp. Il-Ministru tenna li l-Kulleġġ Malti għall-Arti Xjenza u Teknoloġija għandu l-ingredjenti kollha biex jsir ċentru ta' eċċellenza fil-qasam vokazzjonali u hu xhieda ta' l-impenn tal-Gvern f'dan il-qasam. Hu ħeġġeġ lill-istudenti u l-adulti, irgiel u nisa, biex jieħdu l-opportunita' ta' tagħlim li qed joffri l-Kulleġġ. Il-Ministru ikkonkluda billi ikkongratula lill-istudenti għall-kisbiet tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN