Left arrow Mur Lura

SILTIET MINN DISKORS LI L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU GĦALL-AMBJENT, GĦAMEL WAQT IS-SEMINAR ANNWALI ORGANIZZAT MILL-MALTA INSTITUTE OF WASTES MANAGEMENT BIT-TEMA "DEVELOPMENT OF AN INTEGRATED SOLID WASTE STATEGY FOR THE MALTESE ISLANDS"

pr1119
Date Icon 25/07/2001

Benefiċċji ekonomiċi u ambjentali

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li l-mixja ta' pajjiżna lejn sistema integrata għall-immaniġġjar ta' l-iskart trid tfisser bidliet radikali tul il-20 sena li ġejjin. Bidliet li jfissru investimenti qawwija iżda li fl-istess waqt se jwasslu għal benefiċċji ambjentali u anke għal benefiċċji finanzjarji.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li jemmen li kulmin qed jieħu sehem f'dan is-seminar jaf x'fih ir-rapport ta' Carl Bro Global Environment Consortium dwar l-iżvilupp ta' strateġija integrata għall-immaniġġjar ta' skart solidu fil-gżejjer Maltin. Qal li minn dan l-istudju jirriżultaw 51 azzjoni jew miżura li jridu jitwettqu biex pajjiżna, b'popolazzjoni kbira għad-daqs ta' artna, jkollu sistema moderna u integrata għall-immaniġġjar ta' l-iskart solidu. Qal li ċ-ċokon ta' pajjiżna jagħmel mit-twettiq ta' din l-istrateġija sfida kbira. Sfida għaliex mhux biss neħtieġu r-risorsi finanzjarju iżda wkoll dawk umani.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li ma xtaqx jidħol fid-dettalji ta' x'fih ir-rapport. Qal li kien se jħalli dan għall-membri l-oħra tal-panel. Xtaq iżda juri kemm hu importanti li t-twettiq ta' din l-istateġija, għalkemm tinvolvi investiment relattivament qawwi, twassal biex dak li nonfqu nirkuprawh fi żmien relattivament qasir.

Il-Ministru għall-Ambjent qal biex inwettqu dak kollu li hemm f'din l-istrateġija jrid isir investiment ta' bejn Lm68 miljun u Lm73 miljun. Investiment li madwar Lm18-il miljun minnu nkunu neħtiġuh is-sena d-dieħla u ta' wara.

Francis Zammit Dimech qal li bil-miżuri li se nieħdu dan l-investiment għandna nirkuprawħ f'inqas minn 10 snin. Hu qal li l-Kummissjoni Ewropea kienet ikkummissjonat studju dwar "Benefits of Compliance with the EU Environmental Acquis for the Candidate Countries". Dan l-istudju iħares lejn il-benefiċċji li joħorġu jekk il-pajjiżi applikanti jikkonformaw mat-300 direttiva u regolamenti ambjentali. Dawn il-beneficcji inqasmu fi tlieta: arja, ilma u skart.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li darba pajjiżna jikkonforma mad-direttivi dwar l-iskart nistennew li jonqos l-iskart solidu li jintefa' fil-barrieri, li aktar skart ikun riciklat u li permezz ta' immannigjar aħjar l-iskart mill-industrja tal-kostruzzjoni - skart solidu li jammonta għal aktar minn 80 fil-mija ta' l-iskart kollu ġenerat fil-pajjiż - parti minn dan l-iskart ikun utilizzat aħjar, billi jiġi riċiklat u dak li jibqa' jintuża fir-riabilitazzjoni ta' barrieri u biex jinbnew gżejjer barra minn xtutna, li jkunu ukoll sors ta' dħul għal pajjiżna.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li skond l-istudju ikkummisjonat mill-UE l-implimentazzjoni tad-direttivi dwar l-iskart ghandhom jwasslu biex

  • ikun hemm anqas tniġġiz fl-ilma. Jekk il-barrieri li fihom jintefa' ċertu skart ikunu protetti allura jonqos ir-riskju ta' kontaminazzjoni.
  • jonqsu r-riskji għas-saħħa. Jekk l-gassijiet li joħorġu mill-barrieri jinqabdu dawn jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw l-enerġija.
  • ikun hemm benefiċċji għall-ekosistemi u risorsi oħra ambjentali billi emissjonijiet minn atttivitajiet ta' l-iskart fl-arja, l-ilma u l-ħamrija jonqsu u tkun irkuprata aktar enerġija.
  • Ikun hemm effiċjenza akbar fl-użu ta' materjal u tnaqqis fil-produzzjoni ta' materja prima bħala riżultat ta' livelli ogħla ta' riċiklaġġ.
  • Ikun hemm anqas spejjeż għall-ġbir, trattament u disponiment ta' l-iskart billi tonqos il-produzzjoni ta' l-iskart.
  • Ikun hemm immaniġġjar u monitoraġġ aħjar ta' l-iskart permezz tal-Waste Framework Directive.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li d-direttivi ambjentali ta' l-UE jgħinu biex ikun evitat

  • tniġġiż fl-arja, ħamrija u ilma u riskji minn impjanti għal trattament ta' l-iskart solidu u skart tossiku; u
  • mard respiratorju u riskji għas-saħħa minn ilma, arja u ħamrija kontaminati.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li il-benefiċċji li pajjiż jieħu minn dan it-titjib ambjentali fil-qasam ta' l-iskart kien ikkwantifikat. Il-benefiċċji li mistenni jieħu pajjiżna huma bejn mimimu ta' Lm1.2 miljun u Lm15.8 miljun fis-sena. L-istudju jieħu ukoll il-benefiċċji fuq perijodu ta' 10 snin, darba pajjiżna jaderixxi mad-direttivi u r-regolamenti ambjentali ta' l-UE. Dawn kienu kkwantifikati għal bejn minimu ta' Lm12-il miljun u massimu ta' Lm154 miljun. Jekk nieħdu l-medja jirriżulta li l-benefiċċji għal pajjiżna f'10 snin, fuq il-valur nett preżenti, ikunu ta' madwar Lm77 miljun li hu aktar minn dak li mistennija noħorġu biex naġġornaw is-sistemi ta' l-iskart f'pajjiżna.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal apparti dan darba pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea jkun jista' jibbenefika minn fondi strutturali li l-UE tqiegħed għad-diżpożizzjoni tal-pajjiżi membri. Qal li l-għajnuna għal proġetti bħal dawn tista' tilħaq sa aktar minn nofs l-ispiza. Hu fakkar li filwaqt li dan it-titjib jrid isir nissieħbu jew ma nissieħbux fl-Unjoni Ewropea, jekk ma nissieħbux ikollna noħorgu l-flus kollha għall-investiment minn sorsi lokali. Jekk nissieħbu jkollna l-għajnuna finanzjarja ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-kwestjoni ta' l-iskart ilha magħna għal bosta snin. Illum qed tkun proposta strategija biex nimmaniġġjaw aħjar l-iskart solidu f'pajjiżna. Fix-xhur li ġejjin irridu ngħaddu biex nibdew nimplimentaw din l-istrateġija anke wara li din tkun riveduta bħala riżultat ta' suġġerimenti li mistennija jagħmlu għaqdiet, korpi kostitwiti u l-pubbliku. Hu qal li ma nistgħux nistennew aktar. Il-Gvern irid li l-problema ta' l-iskart jsolviha. U se jsolviha fl-aħjar interess tal-poplu Malti kollu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow