Left arrow Mur Lura

RAPPORT DWAR L-EFFIĊJENZA TAL-KUNSILLI LOKALI

pr1118
Date Icon 25/07/2001

Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ppubblika u qed iqassam l-ewwel Rapport għas-sena 2001 dwar l-Effiċjenza tal-ħidma tal-Kunsilli Lokali li jkopri l-perjodu Diċembru 2000 - Marzu 2001.

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali poġġa r-Rapport fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti l-bieraħ, l-24 ta' Lulju 2001.

F'dan ir-Rapport ġie kkonfermat it-tibdil li seħħ fil-preżentazzjoni taċ-charts li kien ġie ntrodott għall-ewwel darba fir-Rapport preċedenti, waqt li kompliet il-ħidma biex titjieb l-analiżi tal-kundizzjoni tat-toroq kemm fiż-żoni residenzjali kif ukoll f' dawk rurali taż-żewġ gżejjer.

Fir-rapport li qed jitqassam wieħed jista' janalizza fid-dettal ir-riżultati ta' l-ispezzjonijiet li saru bejn Diċembru 2000 - Marzu 2001, kif ukoll iqabbel kemm mar-riżultati li kienu jkopru l-perjodu Frar - April 2000, kif ukoll mal-marka medja attwali tal-Kunsilli Lokali f' Malta jew f' Għawdex, jiddependi l-każ.

Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali jerġa' jtenni li l-iskop ewlieni ta' dan ir-Rapport huwa li jgħin lill-Kunsilli Lokali jtejbu d-dehra ambjentali u infrastrutturali tal-lokal tagħhom, u huwa dejjem għad-dispożizzjoni tagħhom biex jidħol fid-dettal magħhom sabiex l-għanijiet imsemmija jintlaħqu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow